Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-28 t’April, 2003. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tat-3 taʼ Marzu sat-28 t’April, 2003. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi għall-mistoqsija, se jkollok tagħmel riċerka biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. X’jistgħu jkunu xi affarijiet li ma jħallukx tkun fluwenti? [be pġ. 93]
2. Veru jew Falz: Il-pawsi għandhom jiġu evitati minħabba li jistgħu jħallu lil dak li jkun jaħseb fuq affarijiet oħra u jtellfulu l-konċentrazzjoni. Spjega.
3. Kemm hu importanti li l-kelliemi jew il-qarrej pubbliku jenfasizza l-kliem kif suppost? (Neħ. 8:8) [be pġ. 101]
4. Kif jistaʼ dak li jkun jitgħallem jenfasizza l-kliem kif suppost? [be pġi. 102-3]
5. X’inhuma l-ideat prinċipali li għandhom jiġu enfasizzati meta taqra b’leħen għoli minn xi pubblikazzjoni waqt studju tal-Bibbja jew f’laqgħa tal-kongregazzjoni? [be pġ. 105]
INKARIGU NRU. 1
6. X’jistgħu jagħmlu l-ġenituri biex iħarrġu lil uliedhom “jisimgħu u jitgħallmu” fil-laqgħat Kristjani? (Dt. 31:12) [be pġ. 16]
7. X’inhi l-ġenna spiritwali? [w-MT01 3/1 pġi. 8-10]
8. Proverbji 8:1-3 kif juri li l-għerf t’Alla huwa disponibbli għal kulħadd, u skond Kolossin 2:3, fejn jistaʼ jinstab? [w-MT01 3/15 pġi. 25, 28]
9. Kif nistgħu nagħmlu l-isem t’Alla magħruf? (Ġw. 17:6) [be pġi. 273-5]
10. In-nies liema dettalji importanti dwar “l-Evanġelju tas-Saltna” għandhom ikunu jafu? (Mt. 24:14) [be pġi. 279-80]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. (a) Fl-ewwel seklu, x’kienet “il-profanazzjoni” msemmija f’Mark 13:14? (b) Għalxiex jirreferi l-kliem “fejn ma għandhiex tkun”?
12. L-Evanġelju taʼ Luqa kif jikkonferma li Ġesù kien il-werriet naturali għat-tron taʼ David? (Lq. 3:23-38) [w-MT93 1/1 pġ. 8 par. 3]
13. X’kienet tfisser l-istqarrija taʼ Ġesù mniżżla f’Luqa 12:2?
14. Fit-tixbiha taʼ Ġesù dwar il-munita taʼ drakma mitlufa, għala kienet ir-reazzjoni taʼ l-anġli daqshekk taʼ min jinnotaha? (Lq. 15:10) Kif għandu jeffettwana l-eżempju tagħhom?
15. Liema żewġ pattijiet huma msemmijin f’Luqa 22:29, (NW)?