Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-30 taʼ Ġunju, 2003. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-5 taʼ Mejju sat-30 taʼ Ġunju, 2003. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi għall-mistoqsija, se jkollok bżonn tagħmel riċerka biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Meta tingħata taħdita l-modulazzjoni għala hija importanti, u din kif tistaʼ tinkiseb? [be pġ. 111 kaxxa; pġ. 112 kaxxa]
2. Anki jekk il-kelliemi jemmen dak li jkun qed jgħid u jħobb lil Jehovah, għala jistaʼ jkun nieqes mill-entużjażmu? [be pġ. 115 pari. 3-4; pġ. 116 par. 1]
3. X’se jgħin lill-kelliemi biex f’taħdita jesprimi ruħu b’mod kordjali u b’emozzjoni, u dan għala huwa importanti? [be pġ. 119 pari. 1-4]
4. X’inhu li jiddetermina kemm għandek tuża entużjażmu, kordjalità, u emozzjonijiet oħrajn f’taħdita? [be pġ. 120 pari. 2-5]
5. Veru jew Falz: Il-ġesti u l-espressjonijiet tal-wiċċ jiswew biss jekk l-udjenza tkun qed tħares lejk. Spjega. [be pġ. 121 par. 3]
INKARIGU NRU. 1
6. X’għen lil Ġosija jagħżel it-triq it-tajba minkejja tfulija diffiċli? (2 Kron. 34:1, 2) [w-MT01 4/15 pġ. 26 par. 5–pġ. 27 par. 5; pġ. 28 par. 4]
7. X’inhi t-tifsira tal-kliem imniżżel fi Proverbji 9:7, 8a, u kif jistaʼ jiġi applikat fil-ministeru taʼ l-għalqa? [w-MT01 5/15 pġ. 29 pari. 4-5]
8. Jehovah x’ried jgħid meta qal lill-Iżraelin, ‘Qisu li ma tinsewx,’ u kif nistgħu nevitaw li ninsew? (Dt. 4:9; 8:11) [be pġ. 20 pari. 1-3]
9. Il-mod sinċier li bih esprima ruħu David f’Salm 32:2a, 5 (32:1, 5, NW) u Salm 51:12, 17 (51:10, 15, NW) kif juri li individwu m’għandux għalfejn iħoss li m’hu tajjeb għal xejn wara li jkun għamel dnub serju iżda jesprimi ndiema sinċiera? [w-MT01 6/1 pġ. 30 pari. 1-3]
10. X’nistgħu nitgħallmu dwar li nieħdu ħsieb dawk fil-bżonn mill-istruzzjonijiet li ta Pawlu fl-1 Timotju 5:3-16? [w-MT01 6/15 pġ. 10 par. 3]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Ġesù għal xiex kien qed jirreferi meta uża l-espressjoni ‘mwieled mill-ġdid,’ bħalma hu mniżżel fi Ġwanni 3:3? [w-MT95 7/1 pġi. 17-18 pari. 4-5]
12. Ġesù kif uża l-edukazzjoni tiegħu, u liema tagħlima siewja nistgħu nitgħallmu minn dan? (Ġwanni 7:15-18) [w-MT96 2/1 pġ. 16 pari. 4-7]
13. Ġwanni 7:53–8:11 għala m’huwiex inkluż maʼ l-iskritturi prinċipali fin-New World Translation?
14. Ġesù kif ‘reġaʼ ġie kif rawh sejjer’ meta telaʼ s-sema? (Atti 1:11) [w-MT90 9/1 pġ. 7 par. 5]
15. Għala “ħadd mill-oħrajn ma kien jissogra jissieħeb [mad-dixxipli],” bħalma hu mniżżel f’Atti 5:13?