Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu? Settembru: Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja. Ottubru: Introduċi kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Fejn issib l-interess, offri l-browxer X’Jirrikjedi, u agħmel sforz speċjali biex tibda l-istudji tal-Bibbja. Novembru: Offri l-ktieb Għarfien jew il-browxer X’Jirrikjedi. Meta l-inkwilini diġà jkollhom dawn il-pubblikazzjonijiet, offri l-ktieb Qim lil Alla jew pubblikazzjoni oħra li ħarġet qabel.
◼ Mill-ġimgħa li tibda fl-20 t’Ottubru, 2003, se nibdew nistudjaw il-ktieb Qim lill-Uniku Alla Veru fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni.
◼ L-indokratur li jippresiedi għandu jinkariga lil xi ħadd biex jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Settembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jkun inqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ L-inventarju annwali tal-letteratura u r-rivisti kollha disponibbli għandu jsir fil-31 t’Awissu, 2003 jew kemm jistaʼ jkun qrib dik id-data. Dan l-inventarju huwa simili għal dak li jagħmel il-koordinatur tal-letteratura meta kull xahar jgħodd kollox, u t-totali jridu jitniżżlu fil-formola tal-Literature Inventory (S-18). L-ammont totali taʼ rivisti disponibbli jistaʼ jinkiseb mill-aħwa inkarigati mir-rivisti f’kull kongregazzjoni fil-grupp tal-letteratura. Is-segretarju tal-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni għandu jiċċekkja l-inventarju. Hu u l-indokratur li jippresiedi tal-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni mbagħad jiffirmaw il-formola. Kull kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni se tirċievi tliet formoli tal-Literature Inventory (S-18). Jekk jogħġobkom ibagħtu l-oriġinali bil-posta lill-uffiċċju lokali f’Malta mhux iktar tard mis-6 taʼ Settembru. Żommu kopja għall-files tagħkom. It-tielet kopja tistaʼ tintuża bħala karta biex taħdmu fuqha.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw it-2004 Calendar of Jehovah’s Witnesses, Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2004, u t-2004 Yearbook of Jehovah’s Witnesses maʼ l-ordni tagħhom tal-letteratura li jmiss. Lista tal-lingwi kollha li bihom se jkunu disponibbli dawn il-pubblikazzjonijiet se tidher fl-“Avviż lill-Kongregazzjonijiet Kollha,” li jintbagħat lill-kongregazzjonijiet kollha kull xahar.