LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/03 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 9/03 p. 3

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Settembru: Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja. Ottubru: Ir-​rivisti tat-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Fejn jintwera l-​interess, offri l-​browxer X’Jirrikjedi, u agħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-​Bibbja. Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk in-​nies diġà għandhom minnhom, jistaʼ jiġi offrut il-​ktieb Qim lill-​Uniku Alla Veru jew xi pubblikazzjoni li ħarġet qabel. Diċembru: L-​Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Bħala għażla oħra tistaʼ toffri Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja, jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art.

◼ L-​uffiċċju tal-​fergħa ma jaqdix ir-​rikjesti taʼ pubblikaturi individwali għal-​letteratura. L-​indokratur li jippresiedi jrid jiftiehem biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lill-​uffiċċju lokali taʼ Malta r-​rikjesta taʼ kull xahar tal-​kongregazzjoni għal-​letteratura, sabiex dawk kollha li huma interessati li jiksbu xi letteratura persunali jkunu jistgħu jinformaw lill-​ħu inkarigat mil-​letteratura. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.

◼ L-​anzjani huma mfakkrin biex isegwu l-​istruzzjonijiet mogħtijin f’paġni 13-15 tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju, 1991, rigward xi wħud maqtugħin mis-​sħubija jew diżassoċjati li forsi għandhom ix-​xewqa li jiġu aċċettati lura.

◼ It-​taħdita pubblika speċjali għall-​istaġun tat-​Tifkira 2004 se tingħata nhar il-​Ħadd, 18 t’April. Is-​suġġett tat-​taħdita se jitħabbar iktar ’il quddiem. Dawk il-​kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-​żjara taʼ l-​indokratur tas-​circuit, jew xi assemblea f’dak it-​tmiem tal-​ġimgħa se jkollhom it-​taħdita speċjali l-​ġimgħa taʼ wara. L-​ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-​taħdita speċjali qabel it-​18 t’April, 2004.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja