Għajnuna lir-Refuġjati
Ħafna pajjiżi fid-dinja huma milqutin mill-problema taʼ li jieħdu ħsieb ir-refuġjati u dawk li ġew sforzati jitilqu minn pajjiżhom. L-organizzazzjoni taʼ Jehovah hija konxja tal-bżonn li tagħti sehemha, b’mod partikulari meta r-refuġjati jkunu wħud minn ħutna.—Awake! tat-22 taʼ Jannar, 2002.
Filwaqt li aħna ħerqanin biex inkunu ospitabbli kemm jistaʼ jkun, mid-dehra xi refuġjati kultant jużaw mezzi qarrieqa minħabba li jkunu ddisprati biex jiġu aċċettati mill-awtoritajiet taʼ l-immigrazzjoni. Dawn jgħidu li huma Xhieda, jattendu l-laqgħat regolarment u minn barra jżommu dehra tajba. Meta l-awtoritajiet taʼ l-immigrazzjoni jiktbu lill-anzjani biex jiċċekkjaw fuq l-identità tagħhom, l-anzjani jixhdu li dawn l-uħud qed jattendu l-laqgħat. Xi anzjani jagħmlu saħansitra iktar minn hekk u jiktbu ittra taʼ rakkomandazzjoni f’isem ir-refuġjati. Sfortunatament, spiss jiġri li meta r-refuġjat jikseb il-permess tar-residenza, dan imbagħad ‘jisparixxi.’
Għalhekk qed inwissu lill-anzjani biex ma jagħtux appoġġ bla limitu sakemm ikunu ċerti li l-individwu jkun Xhud ġenwin. Sadattant tistaʼ tiġi offruta ċerta ospitalità Kristjana imma ma jkunx għaqli li jsiru stqarrijiet lill-awtoritajiet f’isem ir-refuġjati sakemm tkun ġiet verifikata l-pożizzjoni tagħhom.