Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Diċembru: L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Bħala għażla oħra tistaʼ toffri Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja, jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Jannar: Kwalunkwe ktieb antik li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. L-indokratur tas-servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-koordinatur tal-letteratura tas-Sala tas-Saltna biex jara jekk hemmx xi kotba antiki li huma żejda. Jekk intom ma jkollkomx pubblikazzjonijiet antiki maħżunin, jekk jogħġobkom iċċekkjaw mal-kongregazzjonijiet fil-viċin jekk għandhomx pubblikazzjonijiet antiki żejda li tistgħu tużaw. Frar: Ippreżenta l-browxer X’Jirrikjedi u agħmel sforz biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar. Jekk in-nies diġà għandhom din il-pubblikazzjoni tistaʼ toffri Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
◼ Bħala tfakkira lil dawk l-aħwa li jieħdu ħsieb il-kontijiet tal-kongregazzjoni, id-donazzjonijiet li jintefgħu fil-kaxxi għax-Xogħol Madwar id-Dinja u għall-Fond għas-Swali tas-Saltna għandhom jintbagħtu kull xahar u m’għandhomx jintużaw biex titħallas lura xi somma flus mislufa għal proprjetà tas-Sala tas-Saltna jew xi spejjeż oħra tal-kongregazzjoni.
◼ L-inviti tat-Tifkira għas-sena 2004 fil-lingwa primarja taʼ kull kongregazzjoni dalwaqt se jintbagħtu lill-kongregazzjoni. Jekk hemm lingwi oħrajn mitkellma fit-territorju tagħkom u tixtiequ provvista taʼ inviti b’dawk il-lingwi, dawn għandhom jiġu ordnati mill-iktar fis possibbli fuq il-Literature Request Form (S-14). Lista tal-lingwi kollha li bihom se jkunu disponibbli l-inviti għat-Tifkira se tidher fl-“Avviż għall-Kongregazzjonijiet Kollha,” li jintbagħat lill-kongregazzjonijiet kollha kull xahar. Jekk jogħġobkom, ordnaw dawk il-lingwi biss li hemm bżonn fit-territorju tagħkom.
◼ Jekk jogħġobkom innotaw li l-Tifkira għas-sena 2005 se tkun il-Ħamis, 24 taʼ Marzu, wara nżul ix-xemx. Dan l-avviż bil-quddiem qiegħed jingħata sabiex l-aħwa jkunu jistgħu jibbukkjaw jew jagħmlu kuntratti skond il-bżonn għal swali disponibbli għal meta jkun hemm diversi kongregazzjonijiet li jużaw is-Sala tas-Saltna u jkunu jridu jinstabu faċilitajiet oħrajn. F’każi bħal dawn, l-anzjani għandu jkollhom ftehim mal-maniġment biex jiżguraw li ma jkun hemm ebda tfixkil minn attivitajiet oħrajn fil-bini sabiex l-osservanza tat-Tifkira tkun tistaʼ ssir b’manjiera paċifika u bl-ordni. Minħabba l-importanza taʼ l-okkażjoni, il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandha tagħżel wieħed mill-iktar anzjani kwalifikati biex ikun il-kelliemi għat-Tifkira minflok ma tagħżel lil min imissu jew tuża lill-istess ħu kull sena. Jekk hemm anzjan kapaċi mill-midlukin li jistaʼ jagħti t-taħdita, għandu jintgħażel hu.