Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Jannar: Kwalunkwe pubblikazzjoni antika li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżuna. L-indokratur tas-servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-koordinatur tal-letteratura tas-Sala tas-Saltna sabiex jara jekk hemmx xi kotba antiki li huma żejda. Jekk m’hemmx pubblikazzjonijiet antiki maħżunin, jekk jogħġobkom iċċekkjaw mal-kongregazzjonijiet fil-viċin jekk għandhomx pubblikazzjonijiet antiki żejda li tistgħu tużaw. Frar: Ippreżenta l-browxer X’Jirrikjedi u agħmel sforz biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar. Jekk in-nies diġà għandhom din il-pubblikazzjoni tistaʼ toffri Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel! April: Introduċi kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta żżur lura lil nies interessati, inkludi lil dawk li jattendu t-Tifkira jew xi avvenimenti teokratiċi oħra imma li m’humiex qed jissieħbu b’mod attiv maʼ l-organizzazzjoni. Ikkonċentra fuq li tħalli l-ktieb Qim lil Alla. Għandu jsir kull sforz biex jinbeda studju tal-Bibbja fid-dar, speċjalment jekk xi individwi diġà studjaw il-ktieb Għarfien u l-browxer X’Jirrikjedi.
◼ B’seħħ minn Frar, u mhux iktar tard mis-7 taʼ Marzu, it-taħdita pubblika l-ġdida għall-indokraturi tas-circuit se tkun “Int il-Valuri taʼ Min Tgħożż?”
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti konvenjenti biex din is-sena josservaw it-Tifkira nhar il-Ħadd, 4 t’April, wara nżul ix-xemx. Għalkemm it-taħdita tistaʼ tibda iktar kmieni, it-tqassim taʼ l-emblemi m’għandux jibda qabel inżul ix-xemx. Iċċekkjaw maʼ sorsi lokali biex tiddeterminaw meta jkun se jseħħ inżul ix-xemx fil-lokalità tagħkom. Ladarba dakinhar m’għandhomx jinżammu laqgħat ħlief dawk għas-servizz taʼ l-għalqa, għandhom isiru bidliet xierqa biex l-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa jsir f’ħin ieħor. L-indokraturi tas-circuit ikollhom bżonn jirranġaw l-iskeda tagħhom tal-laqgħa għal dik il-ġimgħa skond iċ-ċirkustanzi lokali. Għalkemm huwa mixtieq li kull kongregazzjoni jkollha ċ-ċelebrazzjoni tat-Tifkira tagħha stess, dan mhux dejjem jistaʼ jkun possibbli. Fejn normalment għadd taʼ kongregazzjonijiet jużaw l-istess Sala tas-Saltna, forsi kongregazzjoni waħda jew iktar jistgħu jiksbu l-użu taʼ xi faċilità oħra għal dik il-lejla. Fejn ikun possibbli, nissuġġerixxu li jkun hemm minn taʼ l-inqas 40 minuta bejn programm u ieħor sabiex kulħadd ikun jistaʼ jibbenefika bis-sħiħ mill-okkażjoni. Għandha tingħata konsiderazzjoni għall-problemi tat-traffiku u taʼ l-ipparkjar, inkluż il-fatt li l-passiġġieri jkunu deħlin u ħerġin mill-karozzi. Il-ġemgħa taʼ lanzjani għandha tiddeċiedi liema arranġamenti jkunu l-aħjar lokalment.