Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Mejju: Offri kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, li jistgħu jinkludu lil dawk li jattendu t-Tifkira jew xi avvenimenti teokratiċi oħra imma li m’humiex qed jissieħbu b’mod attiv maʼ l-organizzazzjoni, ikkonċentra fuq li tħallilhom il-ktieb Qim lil Alla. Għandu jsir kull sforz biex jinbeda studju tal-Bibbja fid-dar, speċjalment jekk xi individwi diġà studjaw il-ktieb Għarfien u l-browxer X’Jirrikjedi. Ġunju: Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Jekk ikun hemm min jgħid li m’għandux tfal, offri l-browxer X’Jirrikjedi. Meta tuża l-browxer, ikkonċentra fuq li tibda studji tal-Bibbja fid-djar. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Ktieb għan-Nies KollhaMeta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu?
◼ L-indokratur li jippresiedi għandu jinkariga lil xi ħadd biex jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Ġunju jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jkun inqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Donazzjonijiet li jsiru b’ċekk u li jintefgħu fil-kaxxi tal-kontribuzzjoni fis-Sala tas-Saltna lokali u fl-assembleat għax-xogħol madwar id-dinja jew għall-Fond għas-Swali tas-Saltna jridu jintgħamlu pagabbli lill-“IBSA (Malta).”