Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Ġunju: Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Jekk xi ħadd jgħidlek li m’għandux tfal, offrilu l-browxer X’Jirrikjedi. Meta tuża l-browxer, ikkonċentra fuq li tibda studji tal-Bibbja fid-djar. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, X’Jiġrilna meta Mmutu? u Ktieb għan-Nies Kollha. Settembru: Kwalunkwe pubblikazzjoni li l-kongregazzjoni għandha maħżuna. L-indokratur tas-servizz f’kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-ħu li jieħu ħsieb il-letteratura fis-Sala tas-Saltna biex jara jekk baqax xi ammont taʼ ċerti kotba li m’għadhomx jiġu pubblikati. Jekk m’għandkomx minn dawn il-pubblikazzjonijiet maħżuna, jekk jogħġbok iċċekkja jekk il-kongregazzjonijiet l-oħra baqgħalhomx xi pubblikazzjonijiet minnhom li tistgħu tużaw.
◼ Sabiex tiġi aċċertata s-sigurtà tas-Sala tas-Saltna, l-aħħar wieħed li jitlaq mis-sala għandu jsakkar il-bieb u jiċċekkja xi miżuri oħra taʼ sigurtà li jkun hemm bżonn isiru. Jekk dan ma jkunx jistaʼ jaċċerta ruħu mis-sigurtà tas-sala, għandu jsejjaħ jew iċempel lil xi ħadd li jistaʼ jagħmel dan u jistenna sakemm dak jasal. L-anzjani għandhom iżommu lista aġġornata taʼ pubblikaturi responsabbli li ngħataw iċ-ċwievet tas-Sala tas-Saltna.
◼ Fil-ħarġa taʼ Settembru tal-Ministeru tas-Saltna se jkun hemm punti għal diskussjoni dwar il-vidjo Respect Jehovah’s Authority (Irrispetta l-Awtorità taʼ Jehovah). Kopji taʼ dan il-vidjo huma disponibbli biċ-Ċiniż, bil-Ġappuniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, u bil-Lingwa tas-Sinjali Amerikana. Il-kongregazzjonijiet kollha huma mfakkra biex jordnaw kopji taʼ dan il-vidjo fl-ordni tal-letteratura li jmiss, skond il-bżonn.