LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/04 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 8/04 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda,” Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, X’Jiġrilna meta Mmutu? u Ktieb għan-​Nies Kollha. Settembru: Kwalunkwe pubblikazzjoni antika li l-​kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżuna. L-​indokratur tas-​servizz f’kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-​ħu li jieħu ħsieb il-​letteratura fis-​Sala tas-​Saltna biex jara jekk baqax xi ammont minn dawn il-​kotba. Jekk m’għandkomx minn dawn il-​pubblikazzjonijiet maħżuna, jekk jogħġbok iċċekkja jekk il-​kongregazzjonijiet l-​oħra baqgħalhomx xi pubblikazzjonijiet minnhom li tistgħu tużaw. Ottubru: Offri kopji individwali kemm tat-​Torri taʼ l-​Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta jintwera interess, offri l-​browxer X’Jirrikjedi, billi tagħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-​Bibbja. Novembru: Offri l-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir. Jekk xi ħadd jgħidlek li m’għandux tfal, offri l-​browxer X’jirrikjedi. Ikkonċentra fuq li tuża l-​browxer biex tibda studji tal-​Bibbja fid-​djar.

◼ L-​indokratur li jippresiedi għandu jinkariga lil xi ħadd biex jawditja l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni fl-​1 taʼ Settembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-​data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-​kongregazzjoni wara li jkun inqara r-​rapport tal-​kontijiet li jmiss.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw it-​2005 Calendar of Jehovah’s Witnesses, Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum​—2005, u t-​2005 Yearbook of Jehovah’s Witnesses maʼ l-​ordni tagħhom tal-​letteratura li jmiss. Lista tal-​lingwi kollha li bihom se jkunu disponibbli dawn il-​pubblikazzjonijiet se tidher fl-​“Avviż lill-​Kongregazzjonijiet Kollha,” li jintbagħat lill-​kongregazzjonijiet kollha kull xahar.

◼ Il-​15 t’Awissu hija festa pubblika u t-​8 taʼ Settembru hija festa nazzjonali. Dawn huma opportunitajiet tajbin biex nagħmlu sforz akbar ħalli nieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. Peress li f’dawn il-​ġranet x’aktarx li n-​nies ikunu iktar id-​dar, għala ma tagħmilx arranġamenti biex tqattaʼ xi ħin ħalli terġaʼ żżur lil dawk li wrew interess?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja