Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Settembru: Kwalunkwe pubblikazzjoni antika li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżuna. L-indokratur tas-servizz f’kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-ħu li jieħu ħsieb il-letteratura fis-Sala tas-Saltna biex jara jekk baqax xi ammont minn dawn il-kotba. Jekk m’għandkomx minn dawn il-pubblikazzjonijiet maħżuna, jekk jogħġobkom iċċekkjaw jekk il-kongregazzjonijiet l-oħra baqgħalhomx xi pubblikazzjonijiet minnhom li tistgħu tużaw. Ottubru: Offri kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta jintwera interess, offri l-browxer X’Jirrikjedi, billi tagħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-Bibbja. Novembru: Offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jekk xi ħadd jgħidlek li m’għandux tfal, offri l-browxer X’Jirrikjedi. Ikkonċentra fuq li tuża l-browxer biex tibda studji tal-Bibbja fid-djar. Diċembru: Offri l-ktieb L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex, jew inkella Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja, u Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art.
◼ Il-programm fuq vidjo No Blood—Medicine Meets the Challenge se jiġi kunsidrat f’Laqgħa tas-Servizz f’Diċembru. Issa hu disponibbli fuq DVD bħala parti mill-Alternattivi għat-Trasfużjonijiet—Serje taʼ Dokumentarji. Dan id-DVD fih dawn il-programmi: Transfusion-Alternative Strategies—Simple, Safe, Effective; Transfusion-Alternative Health Care—Meeting Patient Needs and Rights; u No Blood—Medicine Meets the Challenge. Id-DVD jippreżenta l-vidjos bl-Ingliż b’dokumentarju miżjud bil-Franċiż, Ġappuniż, Ġermaniż, Portugiż (Brażiljan), Russu, Spanjol, u Taljan. Il-vidjo No Blood hu disponibbli bil-Bulgaru, Ċiniż (Cantonese), Franċiż, Ġappuniż, Grieg, Ingliż, Korean, Olandiż, Pollakk, Russu, Spanjol, u Taljan. Jekk hemm bżonn taʼ kopji tad-DVD u l-vidjo għandkom tibagħtu għalihom permezz tal-kongregazzjoni malajr kemm jistaʼ jkun.
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tat-Tifkira 2005 se tingħata nhar il-Ħadd, 10 t’April. Is-suġġett tat-taħdita jitħabbar iktar ’il quddiem. Dawk il-kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit jew xi assemblea fi tmiem dik il-ġimgħa se jkollhom it-taħdita speċjali l-ġimgħa taʼ wara. It-taħdita speċjali m’għandhiex tingħata fl-ebda kongregazzjoni qabel l-10 t’April, 2005.
◼ L-anzjani huma mfakkrin biex isegwu l-istruzzjonijiet mogħtijin f’paġni 13-15 tat-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 1991, rigward xi wħud maqtugħin mis-sħubija jew diżassoċjati li forsi għandhom ix-xewqa li jiġu aċċettati lura.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom iqassmu l-ħarġiet tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! malli jirċivuhom. Dan se jagħti ċans lill-pubblikaturi biex isiru familjari maʼ dak li fihom qabel ma joffruhom fis-servizz taʼ l-għalqa.
◼ Peress li Ottubru se jkollu ħames Sibtijiet u Ħdud, ikun xahar eċċellenti għal min jixtieq jaqdi bħala pijunier awżiljarju.