Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-25 t’Ottubru, 2004. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tas-6 taʼ Settembru sal-25 t’Ottubru, 2004. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi għall-mistoqsija, trid tagħmel riċerka biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Kif għandna nippreparaw outline taʼ taħdita? [ht pġ. 45 pari. 18-19]
2. Kif tistaʼ titgħallem iktar kliem sabiex issir iżjed fluwenti? [ht pġ. 47 par. 6]
3. Kif għandna nippreparaw jekk niġu mqabbdin naqraw matul l-istudju tat-Torri taʼ l-Għassa jew matul l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni? [ht pġ. 50 par. 21]
4. Għala huwa importanti li nagħmlu sforz biex nitgħallmu nippronunzjaw il-kliem b’mod tajjeb? [ht pġ. 50 par. 24]
5. It-taħditiet tagħna kif nistgħu nagħtuhom b’mod li qisna qed nieħdu sehem f’konversazzjoni? [ht pġ. 49 par. 19]
INKARIGU NRU. 1
6. Liema affarijiet li ġraw qabel id-Dilluvju jistaʼ jkun li għamluha diffiċli għan-nies biex jemmnu li kulma kien hemm madwarhom kien se jispiċċa? [w02 3/1 pġi. 5-6]
7. Għala huwa taʼ min jinnotah il-fatt li n-nies taʼ żmien Ġesù kienu jsejħulu “Għalliem” u mhux “Tabib”? (Lq. 3:12; 7:40) [w02 5/1 pġ. 4 par. 3; pġ. 6 par. 5]
8. Proverbji 11:24, 25 kif jenfasizza kemm hu importanti li jkollna sehem sħiħ fil-ministeru taʼ l-għalqa? [w02 7/15 pġ. 30 pari. 3-5]
9. Liema kwistjoni morali qamet minħabba l-irvell fl-Għeden, u x’kienu r-riżultati taʼ dak l-irvell? (Ġen. 3:1-6) [w02 10/1 pġ. 5 par. 6; pġ. 6 pari. 2-3]
10. Id-donazzjonijiet volontarji kif jintużaw mill-organizzazzjoni taʼ Ġeħova? [w02 12/1 pġ. 6 par. 4]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Jekk Ġeħova qal lil Balgħam biex imur man-nies taʼ Balak, għala rrabja Hu meta Balgħam mar magħhom? (Num. 22:20-22)
12. Jistaʼ r-raġel taʼ mara Kristjana jħassar il-wegħdi tagħha? (Num. 30:7-9 [30:6-8, New World Translation])
13. Il-“bliet tal-kenn” x’jirrappreżentaw illum? (Num. 35:6) [w95 12/1 pġ. 15 par. 8]
14. Għandu l-kmand taʼ Dewteronomju 6:6-9 li wieħed ‘jorbot il-liġi t’Alla maʼ idu u jdendilha bejn għajnejh’ jittieħed b’mod letterali?
15. L-espressjoni “l-mantar tiegħek ma tkiddx minn fuqek” tfisser biss li l-ħwejjeġ taʼ l-Iżraelin kienu jinbidlu m’oħrajn? (Dt. 8:4)