LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/05 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 2/05 p. 7

Avviżi

Frar, Ersaq Qrib Lejn Jehovah. Marzu, Ibqaʼ Għassa! Jekk xi individwi juru interess sinċier, uża l-​ktieb Għarfien bil-​mira li tibda studju tal-​Bibbja fid-​dar. April u Mejju, Offri kopji individwali kemm tat-​Torri taʼ l-​Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil dawk interessati, inkludi lil dawk li jkunu attendew it-​Tifkira jew xi avvenimenti teokratiċi oħra imma li m’humiex qed jissieħbu b’mod attiv maʼ l-​organizzazzjoni, u ikkonċentra fuq li tħalli l-​ktieb Qim lil Alla. Il-​mira għandha tkun li jinbeda studju tal-​Bibbja fid-​dar, speċjalment maʼ individwi li diġà studjaw il-​ktieb Għarfien u l-​browxer X’Jirrikjedi.

◼ L-​indokratur li jippresiedi, jew xi ħadd inkarigat minnu, għandu jawditja l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni fl-​1 taʼ Marzu jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-​data. Jekk hemm xi rendikont ieħor, bħal per eżempju tal-​manutenzjoni jew tal-​kostruzzjoni, għandhom isiru arranġamenti sabiex jiġi awditjat dan ukoll. Meta dan ikun sar, għandu jsir avviż lill-​kongregazzjoni mar-​rapport tal-​kontijiet li jmiss. Jekk jogħġobkom innotaw li qabel ngħatat direzzjoni biex l-​indokratur li jippresiedi ma jawditjax il-​kontijiet hu. Dan m’għadux japplika.

◼ Is-​segretarju u l-​indokratur tas-​servizz għandhom jirrivedu l-​attività tal-​pijunieri regulari kollha. Jekk xi ħadd minnhom qed isib diffikultà biex jilħaq il-​ħtieġa tas-​sigħat, l-​anzjani għandhom jiftiehmu biex jagħtuh l-​għajnuna. Għal xi suġġerimenti, irrivedu l-​ittri annwali S-​201.

◼ It-​taħdita pubblika speċjali għall-​istaġun tat-​Tifkira 2005 se tkun intitolata “Ġesù Għala Sofra u Miet?” Ara l-​avviż fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Settembru 2004.

◼ Kulħadd għandu jkun preżenti għal-​Laqgħa Pubblika taʼ nhar il-​Ħadd, 20 taʼ Marzu għal avviż speċjali rigward provvediment li se jkun disponibbli għall-​pubblikaturi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja