Avviżi
◼ Mejju: Offri kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil dawk li juru interess, inkluż lil dawk li jkunu attendew it-Tifkira u/jew xi avvenimenti teokratiċi oħra imma li m’humiex qed jissieħbu b’mod attiv mal-kongregazzjoni, ikkonċentra fuq li tħalli l-ktieb Qim lil Alla. Il-mira għandha tkun li jinbeda studju tal-Bibbja fid-dar, speċjalment maʼ individwi li diġà studjaw il-ktieb Għarfien u l-browxer X’Jirrikjedi. Ġunju: Offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jekk ikun hemm min jgħid li m’għandux tfal, offrilu l-ktieb Hena Fil-Familja jew il-ktieb Għarfien. Agħmel sforz biex tibda studji tal-Bibbja. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Ktieb għan-Nies Kollha, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu?
◼ L-indokratur li jippresiedi, jew xi ħadd inkarigat minnu, għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Ġunju jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, għandu jsir avviż lill-kongregazzjoni mar-rapport tal-kontijiet li jmiss.