Avviżi
◼ Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Ktieb għan-Nies Kollha, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, u X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?—Kif Tistaʼ Ssibu? Settembru: Għandu jsir sforz speċjali biex jiġu offruti dawn il-pubblikazzjonijiet li ġejjin: Tgħix Għal Dejjem u Hena Fil-Familja jew xi pubblikazzjoni inqas reċenti li l-kongregazzjoni għandha maħżuna. Ottubru: Offri kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta jintwera interess, jekk jogħġbok ippreżenta l-browxer X’Jirrikjedi.
◼ B’seħħ minn Settembru, l-indokraturi tas-circuit se jagħtu t-taħdita pubblika intitolata “Għala Nkunu Gwidati mill-Bibbja?”
◼ Huwa rikkmandat li l-applikazzjonijiet għas-servizz taʼ pijunier regulari jintbagħtu lill-uffiċċju taʼ Malta minn taʼ l-inqas 30 jum qabel id-data li wieħed ikun jixtieq jibda. Is-segretarju tal-kongregazzjoni għandu jirrivedi l-formoli sabiex ikun żgur li jkunu mtlew sew. Jekk dawk li japplikaw ma jistgħux jiftakru eżattament id-data tal-magħmudija tagħhom, għandhom jaraw meta kienet bejn wieħed u ieħor u jżommu nota tagħha. Is-segretarju għandu jżomm nota taʼ din id-data fuq il-kard bit-titlu Congregation’s Publisher Record (S-21). Is-segretarji tal-kongregazzjoni għandhom ikunu ċerti li jkollhom Pioneer Appointment Letter (S-202) għal kull pijunier regulari fil-kongregazzjoni. Jekk m’għandhomx, jekk jogħġobhom jiktbu lill-uffiċċju taʼ Malta.
◼ Jekk jogħġbok innota li jekk ma jkunx indikat mod ieħor, is-simboli fil-pubblikazzjonijiet bil-Malti issa dejjem jirreferu għal letteratura bil-lingwa Maltija. Per eżempju, is-simbolu w02 1/15 jirreferi għat-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Jannar, 2002, bil-Malti. Jekk jintużaw referenzi għal pubblikazzjonijiet bl-Ingliż, dejjem se jiżdied is-simbolu tal-lingwa E. Per eżempju, It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Jannar, 1985, bl-Ingliż se jkollu r-referenza w85-E. Aħwa li jkunu qed jippreparaw taħditiet pubbliċi minn outlines qabel l-1 taʼ Mejju taʼ l-2004 għandhom jinnotaw li r-referenzi bil-Malti kellhom is-simbolu tal-lingwa MT miżjud u r-referenzi bl-Ingliż ma kellhomx simboli tal-lingwa.