LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/05 p. 7
  • Tfakkiriet għall-Konvenzjoni Distrettwali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tfakkiriet għall-Konvenzjoni Distrettwali
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 8/05 p. 7

Tfakkiriet għall-​Konvenzjoni Distrettwali

◼ Ħinijiet tal-​Programm: Il-​programm se jibda fid–9:30 a.m. fit-​tlett ijiem kollha. Ftit minuti qabel ma tibda s-​sessjoni, iċ-​chairman se jieħu postu bil-​qiegħda fuq il-​platform waqt li tindaqq il-​mużika tas-​Saltna bħala introduzzjoni. Dak il-​ħin ilkoll kemm aħna għandna nsibu postna sabiex il-​programm ikun jistaʼ jibda bid-​dinjità. Il-​Ġimgħa u s-​Sibt, il-​programm se jispiċċa fil–5:05 p.m. u l-​Ħadd fl–4:10 p.m.

◼ Postijiet: Il-​postijiet jistgħu jintrefgħu biss għal dawk li jivvjaġġaw miegħek fl-​istess karozza jew jgħixu miegħek fl-​istess dar.

◼ Donazzjonijiet: Meta tiġi organizzata konvenzjoni distrettwali jkun hemm involuti spejjeż kbar. Nistgħu nuru l-​apprezzament tagħna billi nagħtu kontribuzzjonijiet volontarji għax-​xogħol madwar id-​dinja fis-​Sala tas-​Saltna tagħna jew fil-​konvenzjoni. Kwalunkwe ċekk li jingħata b’kontribuzzjoni fil-​konvenzjoni għandu jintgħamel pagabbli lil “IBSA (Malta).”

◼ Apparat li Jirrekordja: Ebda apparat li jirrekordja m’għandu jitqabbad mas-​sistema taʼ l-​elettriku jew tas-​sawnd li hemm fil-​post tal-​konvenzjoni u dan l-​apparat jistaʼ jintuża biss sakemm ma jtellifx lil oħrajn.

◼ Ritratti: Jekk tieħu r-​ritratti matul is-​sessjonijiet m’għandikx tuża flexx.

◼ Telefons Ċellulari u Pagers: Dawn għandhom jiġu ssettjati b’mod li ma jtellfux.

◼ Inċidenti u Emerġenzi: Jekk tinqalaʼ xi emerġenza medika fil-​post tal-​konvenzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil attendant fil-​qrib, li se javża mill-​ewwel lid-​Dipartiment taʼ l-​Ewwel Għajnuna sabiex dawk fostna li huma kwalifikati biex jagħtu l-​ewwel għajnuna jkunu jistgħu jiddeċiedu kemm hi gravi s-​sitwazzjoni u jagħtu l-​assistenza tagħhom.

◼ Restoranti: F’ħafna postijiet normalment jitħallew tips taʼ 15 fil-​mija, jiddependi mis-​servizz.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja