Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fl-24 t’April, 2006. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tas-6 taʼ Marzu sa l-24 t’April, 2006. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Kif nistgħu nevitaw li jkollna materjal żejjed? [ht pġ. 16 pari. 19-20]
2. Fl-introduzzjoni tat-taħdita b’liema mod tistaʼ tqanqal l-interess fis-suġġett? [ht pġ. 17 pari. 1-2]
3. Meta għandek tippreparaha l-introduzzjoni tiegħek? [ht pġ. 18 par. 7]
4. Kif nistgħu niddeterminaw jekk l-introduzzjoni tkunx taʼ tul xieraq? [ht pġ. 19 pari. 11, 13]
5. Kemm għandha tkun twila l-introduzzjoni taʼ taħdita meta tkun parti minn simposju? [ht pġ. 20 par. 15]
INKARIGU NRU. 1
6. Biex ma jaqbżux il-limiti taʼ traduttur, it-tradutturi xi prekawzjonijiet ħadu meta ttraduċew l-isem t’Alla fl-Iskrittura Griega Kristjana? [bi7 pġi. 418-9 par. 4]
7. Meta Salamun qal li “kollox frugħa u ġiri wara r-riħ,” x’kien qed jiddeskrivi? (Koħ. 2:11) [w04 10/15 pġ. 4 pari. 3-4]
8. Kif nistgħu nikkultivaw imħabba għal Alla? (Mk. 12:30) [w04 3/1 pġi. 19-21]
9. X’kuntrasti nistgħu nisiltu bejn il-valuri spiritwali u l-materjaliżmu? [w04 10/15 pġi. 5-7]
10. Fl-artiklu “Qualitative Anarthrous Predicate Nouns,” Philip B. Harner x’qal dwar Ġwanni 1:1? [bi7 pġ. 420 par. 2]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Wiċċ Ħaman għala ġie mgħotti? (Ester 7:8)
12. X’tip taʼ spirtu influwenza l-mod taʼ ħsieb t’Elifaż? (Ġob 4:15, 16) [w05 9/15 pġ. 26 par. 2]
13. Jindikaw l-istqarrijiet taʼ Ġob li huma dokumentati f’Ġob 7:9, 10 u Ġob 10:21 li hu ma kienx jemmen fl-irxoxt?
14. Ġob x’ried ifisser bl-espressjoni “naħrab bil-ġilda taʼ snieni”? (Ġob 19:20, NW)
15. Ġob x’ried ifisser meta qal, “Sa ma mmut ma nwarrabx minni l-integrità tiegħi,” u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Ġob 27:5, Karm Żammit)