LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/06 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 6/06 p. 3

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Ġunju: Offri l-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir. Jekk xi ħadd jgħid li m’għandux tfal, offri l-​ktieb Hena Fil-​Familja. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, “Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda,” Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja-Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, X’Jiġrilna meta Mmutu?, u Ibqaʼ Għassa! Settembru: Se jintuża l-​ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja? Għandu jsir sforz speċjali biex jinbeda studju tal-​Bibbja maʼ l-​ewwel żjara. Kull darba li nħallu xi ktieb għandna nagħmlu żjajjar lura bl-​intenzjoni li nibdew studju tal-​Bibbja fid-​dar.

◼ Minħabba li Lulju fih ħames Sibtijiet u Ħdud, ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.

◼ Il-​programm tal-​vidjo Young People Ask​—How Can You Make Real Friends? (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Kif Jistaʼ Jkolli Ħbieb Veri?) se jiġi kunsidrat f’Laqgħa tas-​Servizz f’Settembru. Jekk ikun hemm bżonn taʼ kopji għandhom jiġu ordnati fil-​kongregazzjoni kemm jistaʼ jkun malajr.

◼ Bħala tfakkira, l-​indirizz taʼ l-​uffiċċju taʼ Malta qatt m’għandu jintuża fuq l-​ebda korrispondenza persunali. Dan jinkludi l-​ittri u l-​letteratura kollha li jintbagħtu biex tingħata xiehda lin-​nies interessati, lil dawk li ma jkunux id-​dar, jew lil dawk li jgħixu f’postijiet li ma jistgħux jintlaħqu. Pubblikatur jistaʼ juża l-​indirizz persunali tiegħu fejn jistgħu jiktbulu lura, ladarba l-​ministeru tiegħu jinvolvi s-​servizz persunali tiegħu lil Alla. (Mt. 28:​19, 20; Rum. 10:​14, 15) Madankollu, jekk iħoss li mhux għaqli li juża l-​indirizz tiegħu stess meta jagħti xiehda permezz taʼ l-​ittri, jistaʼ juża ismu u l-​indirizz tas-​Sala tas-​Saltna tal-​lokal fejn jistgħu jiktbulu lura.​—Ara Kaxxa għall-​Mistoqsija fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Mejju 2002. 

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja