LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/06 p. 1
  • Nistudjaw L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nistudjaw L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 11/06 p. 1

Nistudjaw L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex

1 Matul il-​ġimgħa li tibda fit­8 taʼ Jannar, 2007, se nibdew nistudjaw L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex fl-​Istudji tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni tagħna. Kemm se niksbu ferħ meta nirrivedu l-​ħajja u l-​ministeru taʼ Ġesù Kristu! Ladarba l-​ktieb huwa disinjat b’mod kemxejn differenti mill-​kotba l-​oħrajn kollha li studjajna, ikun tajjeb li jkollna ftit istruzzjonijiet biex jiggwidawna.

2 Il-ktieb ma fihx numri tal-​paġni, allura fl-​iskeda pubblikata fil-​Ministeru tas-​Saltna se jkun hemm imniżżlin il-​kapitli li se nistudjaw, ġeneralment tlieta jew erbgħa fil-​ġimgħa. Kapit­li 35, 111, u 116 huma itwal u se jinqasmu f’żewġ studji kull wieħed. Wara li ħu kwalifikat jaqra l-​kapitlu kollu (jew il-​parti kollha taħt sottitlu, bħal f’kapitli 35, 111, u 116), l-​indokratur taʼ l-​istudju tal-​ktieb se jistaqsi l-​mistoqsijiet fl-​aħħar tal-​kapitlu li jikkorrispondu mal-​kapitlu jew mal-​porzjon li jkun għadu kif inqara. It-​tweġibiet mhux dejjem ikunu wara xulxin skond kif jidhru fil-​kapitlu. Il-​kummenti qosra u skond il-​punt għandhom ikunu bbażati fuq il-​materjal fil-​lezzjoni.

3 Wara dan, skond ma jippermetti l-​ħin, għandhom jinqraw l-​iskritturi ċitati kollha fl-​aħħar tal-​kapitlu. Skritturi ċitati li jkunu twal jistgħu jinqasmu f’porzjonijiet iqsar sabiex diversi pubblikaturi jkollhom iċ-​ċans jieħdu sehem fil-​qari, u mbagħad ikunu jistgħu jingħataw kummenti dwar dak li jkun inqara. Mistoqsijiet dwar xi punt speċifiku preparati mill-​indokratur taʼ l-​istudju tal-​ktieb se jgħinu biex jingħataw kummenti sinifikanti li juru kif l-​iskritturi li jkunu nqraw huma konnessi maʼ dak li hu enfasizzat fil-​ktieb. Il-​mistoqsijiet u l-​kummenti kollha għandhom jgħinu lil dawk kollha li jattendu biex jiffokaw l-​attenzjoni tagħhom fuq Ġesù Kristu, ħajtu, u t-​tagħlim tiegħu.

4 Il-ktieb L-​Aqwa Bniedem jikkunsidra l-​ħajja taʼ Ġesù f’ordni kronoloġiku. Jekk ikollna stampa tal-​ġrajjiet u nżommu f’moħħna fejn seħħew se jkun iktar faċli li niftakruhom. Għalhekk, kun ċert li tikkunsidra l-​istampi kuluriti u li tirreferi spiss għall-​mappa fil-​bidu tal-​ktieb, li tinsab wara l-​introduzzjoni.

5 L-introduzzjoni tal-​ktieb se tiġi kunsidrata fl-​ewwel ġimgħa. Wara li jinqraw il-​paragrafi kollha taħt is-​sottitlu, l-​indokratur taʼ l-​istudju tal-​ktieb se jistaqsi mistoqsijiet adattati li jkun ipprepara hu stess. Dak li se nikkunsidraw fl-​introduzzjoni se jiftħilna t-​triq għall-​istudji taʼ wara. Il-​preparazzjoni taʼ dawk kollha li jattendu se teffettwa kemm jiġi mgħoddi tajjeb il-​materjal. L-​indokratur taʼ l-​istudju tal-​ktieb b’mod speċjali għandu jkun imħejji sew kull ġimgħa ħalli jgħin lill-​grupp isir tassew familjari maʼ l-​aqwa bniedem li qatt għex, il-​Mulej u s-​Salvatur tagħna, Ġesù Kristu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja