LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/06 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 12/06 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura Diċembru: Offri l-​ktieb L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Inkella, offri xi ktieb ieħor bħal: Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja, u Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art, jekk il-​kongregazzjoni għandha maħżunin. Jannar: Kwalunkwe pubblikazzjoni li l-​kongregazzjoni għandha maħżuna. L-​indokratur tas-​servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-​koordinatur tal-​letteratura tas-​Sala tas-​Saltna biex jara jekk hemmx xi kotba antiki żejda. Jekk m’għandkomx pubblikazzjonijiet antiki maħżunin, jekk jogħġobkom iċċekkjaw mal-​kongregazzjonijiet fil-​qrib jekk għandhomx letteratura antika disponibbli li tistgħu tużaw. Jekk il-​kongregazzjonijiet ma jkollhomx kotba antiki bħal dawn maħżunin, għandhom mnejn jużaw il-​ktieb Għarfien jew il-​browxer Ibqaʼ Għassa! Frar: Introduċi l-​ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah. Marzu: Introduċi l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? u agħmel sforz diliġenti biex tibda studji tal-​Bibbja.

◼ L-​inviti għat-​Tifkira għas-​sena 2007 fil-​lingwa primarja taʼ kull kongregazzjoni se jintbagħtu dalwaqt. Jekk hemm lingwi oħrajn mitkellma fit-​territorju tagħkom u tixtiequ provvista taʼ inviti b’dawk il-​lingwi, dawn għandhom jiġu ordnati mill-​iktar fis possibbli fuq il-​Literature Request Form (S-14-E). Lista tal-​lingwi kollha li bihom se jkunu disponibbli l-​inviti għat-​Tifkira se tidher fl-​“Avviż għall-​Kongregazzjonijiet Kollha,” li jintbagħat bil-​posta kull xahar. Jekk jogħġobkom, ordnaw biss dawk il-​lingwi li hemm bżonn fit-​territorju tagħkom.

◼ Jekk jogħġobkom innotaw li t-​Tifkira għas-​sena 2008 se tkun nhar is-​Sibt, 22 taʼ Marzu, wara nżul ix-​xemx. Dan l-​avviż bil-​quddiem qiegħed jingħata sabiex l-​aħwa jkunu jistgħu jibbukkjaw jew jagħmlu kuntratti skond il-​bżonn għal swali disponibbli għal meta jkun hemm diversi kongregazzjonijiet li jużaw is-​Sala tas-​Saltna u jkunu jridu jinstabu faċilitajiet oħrajn. F’każi bħal dawn, l-​anzjani għandu jkollhom ftehim mal-​maniġment biex jiżguraw li ma jkun hemm ebda tfixkil minn attivitajiet oħrajn fil-​bini. Minħabba l-​importanza tat-​Tifkira, il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani għandha tagħżel wieħed mill-​iktar anzjani kwalifikati biex ikun il-​kelliemi għat-​Tifkira minflok ma tagħżel lil min imissu jew tuża lill-​istess ħu kull sena. Madankollu, jekk hemm anzjan kapaċi mill-​midlukin li jistaʼ jagħti t-​taħdita, għandu jintgħażel hu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja