LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/07 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 1/07 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Jannar: Kwalunkwe pubblikazzjoni antika li l-​kongregazzjoni għandha maħżuna. L-​indokratur tas-​servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-​koordinatur tal-​letteratura tas-​Sala tas-​Saltna biex jara jekk hemmx iżżejjed minn xi kotba antiki. Jekk m’għandkomx pubblikazzjonijiet antiki maħżuna, jekk jogħġobkom iċċekkjaw mal-​kongregazzjonijiet fil-​qrib jekk għandhomx letteratura antika disponibbli li tistgħu tużaw. Jekk il-​kongregazzjonijiet ma jkollhomx kotba antiki bħal dawn maħżunin, jistgħu jużaw il-​ktieb Għarfien jew il-​browxer Ibqaʼ Għassa! Frar: Offri l-​ktieb Ersaq Qrib Lejn Ġeħova. Marzu: Offri l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? u agħmel sforz ħabrieki biex tibda studju tal-​Bibbja. April: Se jiġu offruti kopji individwali tat-​Torri taʼ l-​Għassa u taʼ Awake! Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, inkluż dawk li jattendu t-​Tifkira u/jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda m’humiex jassoċjaw b’mod attiv mal-​kongregazzjoni, stinka biex toffri l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem?, bil-​mira li tibda studju tal-​Bibbja.

◼ B’seħħ minn Frar, u mhux iżjed tard mill-​4 taʼ Marzu, it-​taħdita pubblika l-​ġdida għall-​indokraturi tas-​circuit se tkun “Id-​Dinja l-​Ġdida t’Alla—Min Se Jikkwalifika biex Jidħol Fiha?”

◼ Il-​programm tal-​vidjo Young People Ask​—What Will I Do With My Life? (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu​—X’Se Nagħmel b’Ħajti?) se jiġi kunsidrat f’Laqgħa tas-​Servizz f’April. Jekk ikun hemm bżonn taʼ kopji tad-​DVD għandhom jiġu ordnati permezz tal-​kongregazzjoni kemm jistaʼ jkun malajr.

◼ Il-​letteratura tagħna biċ-​Ċiniż hija pubblikata b’żewġ kitbiet. Nies minn Ħong Kong u Tajwan ġeneralment jaqraw il-​kitba tradizzjonali, li aħna nniżżluha bħala “Ċiniż” (CH). Il-​biċċa l-​kbira l-​oħra tal-​qarrejja Ċiniżi normalment jaqraw il-​kitba simplifikata li nirreferu għaliha bħala “Ċiniż Simplifikat” (CHS). Ladarba l-​kitba li dak li jkun jaqra m’għandhiex x’taqsam jekk jitkellimx bil-​Cantonese, bil-​Mandarin, jew b’xi djalett ieħor, huwa importanti li jiddeċiedi b’liema kitba jippreferi. Biex jagħżel, jistaʼ juża l-​ktejjeb Good News for People of All Nations, paġni 19-20. B’dan il-​mod, tistaʼ tinkiseb letteratura bil-​kitba korretta.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti konvenjenti biex din is-​sena josservaw it-​Tifkira nhar it-​Tnejn, 2 t’April, wara nżul ix-​xemx. Għalkemm it-​taħdita tistaʼ tibda iktar kmieni, it-​tqassim taʼ l-​emblemi m’għandux jibda qabel inżul ix-​xemx. Iċċekkjaw maʼ sorsi lokali biex tiddeterminaw meta jseħħ inżul ix-​xemx fil-​lokalità tagħkom. Kull kongregazzjoni għandha tipprova tagħmel l-​osservanza tat-​Tifkira għaliha. Però, dan jistaʼ ma jkunx dejjem possibbli. Fejn normalment għadd taʼ kongregazzjonijiet jużaw l-​istess Sala tas-​Saltna, forsi kongregazzjoni minnhom jew iktar jistgħu jiksbu l-​użu taʼ xi post ieħor għal dik il-​lejla. Fejn ikun possibbli, nissuġġerixxu li jkun hemm minn taʼ l-​inqas 40 minuta bejn laqgħa u oħra sabiex kulħadd ikun jistaʼ jibbenefika bis-​sħiħ minn ftit sħubija wara t-​Tifkira. Għandha tingħata konsiderazzjoni għall-​problemi tat-​traffiku u taʼ l-​ipparkjar. Għandhom isiru arranġamenti wkoll għal dawk li m’għandhomx trasport. Il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani għandha tiddeċiedi liema arranġamenti jkunu l-​aħjar lokalment.

◼ Is-​segretarji tal-​kongregazzjonijiet għandhom ikunu ċerti li jkollhom pioneer appointment letter (S-202) għal kull pijunier regulari fil-​kongregazzjoni. Jekk le, iridu jinformaw lill-​uffiċċju lokali bil-​miktub.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja