LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/07 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 11/07 p. 3

Avviżi

◼Offerta taʼ letteratura għal Novembru: Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir. Jekk dak li jkun jgħidlek li m’għandux tfal, offri l-​browxer Ibqaʼ Għassa! Diċembru: L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Jistaʼ jintuża Ersaq Qrib Lejn Jehovah jew Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja. Jannar: Kwalunkwe pubblikazzjoni antika li l-​kongregazzjoni għandha maħżuna. L-​indokratur tas-​servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-​koordinatur tal-​letteratura tas-​Sala tas-​Saltna biex jara jekk hemmx iżżejjed minn xi kotba antiki. Jekk il-​kongregazzjonijiet ma jkollhomx kotba antiki bħal dawn maħżunin, jistgħu jużaw il-​ktieb Għarfien jew il-​browxer Ibqaʼ Għassa! Frar: Offri l-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja.

◼ Minħabba li Diċembru fih ħames Sibtijiet u Ħdud u tliet festi pubbliċi (8, 13, u 25), dan ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.

◼ Numru taʼ pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja jinsabu disponibbli, u dawn huma maħsuba biex tingħata xiehda lil nies b’kultura u reliġjon differenti. Il-​ħu li jieħu ħsieb il-​letteratura għandu lista taʼ dawn il-​pubblikazzjonijiet t’għajnuna.

◼ Il-​pubblikaturi kollha huma mħeġġin jimlew id-​Direttiva Medika bil-​Quddiem, jekk għadhom m’għamlux dan. Id-​Direttiva Medika bil-​Quddiem tipproteġi d-​dritt tiegħek biex tirrifjuta trasfużjonijiet tad-​demm. L-​anzjani se jipprovdu l-​għajnuna persunali skond il-​bżonn.—Ara l-​insert fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Novembru, 2006.

◼ B’seħħ mill-​4 taʼ Frar, 2008, se nistudjaw il-​pubblikazzjoni Qim lill-​Uniku Alla Veru. Il-​pubblikaturi kollha għandhom jiċċekkjaw li għandhom din il-​pubblikazzjoni u jekk le, xi kopji li jistaʼ jkun hemm bżonn għandhom jiġu ordnati mill-​ħu inkarigat mil-​letteratura.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja