LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/07 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 12/07 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Diċembru: L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Minfloku tistaʼ toffri wkoll Ersaq Qrib Lejn Jehovah jew Is-​Sigriet taʼ l-​Hena Fil-​Familja. Jannar: Kwalunkwe pubblikazzjoni li hi iktar antika u li l-​kongregazzjoni għandha maħżuna. L-​indokratur tas-​servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-​koordinatur tal-​letteratura tas-​Sala tas-​Saltna biex jara jekk hemmx xi kotba li huma iktar antiki żejda. Il-​kongregazzjonijiet li m’għandhomx pubblikazzjonijiet antiki bħal dawn maħżunin, jistgħu joffru l-​ktieb Għarfien (jekk disponibbli) jew il-​browxer Ibqaʼ Għassa! Frar: Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja. Marzu: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz diliġenti biex tibda studji tal-​Bibbja.

◼ L-​indokratur li jippresiedi, jew xi ħadd inkarigat minnu għandu jawditja l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni għax-​xhur taʼ Settembru, Ottubru, u Novembru. M’għandhiex tintuża l-​istess persuna biex tawditja l-​kontijiet kull darba. Meta dan ikun sar, għandu jsir avviż lill-​kongregazzjoni wara li jinqara r-​rapport tal-​kontijiet li jmiss.—Ara Istruzzjonijiet għall-​Kontijiet tal-​Kongregazzjoni (S-27).

◼ Jekk jogħġobkom innotaw li t-​Tifkira għas-​sena 2009 se tkun nhar il-​Ħamis, 9 t’April, wara nżul ix-​xemx. Dan l-​avviż bil-​quddiem qiegħed jingħata sabiex l-​aħwa jkunu jistgħu jibbukkjaw jew jagħmlu kuntratti skond il-​bżonn għal swali disponibbli għal meta jkun hemm diversi kongregazzjonijiet li jużaw is-​Sala tas-​Saltna u jkunu jridu jinstabu faċilitajiet oħrajn. F’każi bħal dawn, l-​anzjani għandu jkollhom ftehim mal-​maniġment biex jiżguraw li ma jkun hemm ebda tfixkil minn attivitajiet oħrajn fil-​bini sabiex l-​osservanza tat-​Tifkira ssir fil-​paċi u bl-​ordni.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja