Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-28 t’April, 2008. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tat-3 taʼ Marzu sat-28 t’April, 2008.
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Xi kelliema għala ma jkunux kunfidenti? [ht pġ. 85 par. 4]
2. Kif tistaʼ tkun kunfidenti meta tagħti taħdita? [ht pġ. 86 pari. 5-6]
3. X’inhuma xi affarijiet li juru li kelliemi jkun nieqes mill-ekwilibriju? [ht pġ. 87 par. 10]
4. Jekk il-leħen taʼ dak li jkun jirrivela nuqqas taʼ kunfidenza, x’jistaʼ jsir biex jinkiseb l-ekwilibriju? [ht pġ. 87 par. 13]
5. Liema pariri jingħataw fuq ilbies u apparenza xierqa? [ht pġ. 89 pari. 19-20]
INKARIGU NRU. 1
6. X’hemm involut f’li tagħraf isem Ġeħova? [wt pġ. 21 par. 13]
7. Min għandu jiġi inkluż meta taqra l-Bibbja, u għala huwa importanti li dan isir regolarment? [wt pġ. 27 par. 10]
8. X’għandha tkun il-mira tagħna meta naqraw il-Bibbja? [wt pġ. 28 par. 11]
9. Billi nużaw liema erbaʼ punti nistgħu nanalizzaw u jkollna benefiċċju minn dak li naqraw? [wt pġ. 30 kaxxa]
10. Meta Ġesù beda l-ministeru tiegħu fuq l-art, x’kien li wera biċ-ċar li hu kien il-Messija? [wt pġ. 34 par. 5]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Ġesù għala kkoreġa lil wieħed raġel talli sejjaħlu “Għalliem Tajjeb”? (Marku 10:17, 18) [w08 2/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Marku”]
12. Dwar il-ġens taʼ Iżrael, Ġesù taʼ xiex ried jagħti stampa meta uża s-siġra tat-tin? (Marku 11:12-14, 20, 21) [w03 5/15 pġ. 26 pari. 2-3]
13. X’indika l-kliem li uża l-anġlu Gabrijel meta qal lil Marija li kienet se ‘tnissel f’ġufha’ permezz taʼ l-ispirtu qaddis t’Alla li kellu jiġi fuqha u l-qawwa t’Alla li kienet se tgħattiha bid-dell tagħha? (Luqa 1:30, 31, 34, 35) [w08 3/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Luqa”; it-2-E pġ. 56 par. 2]
14. Kienu d-dixxipli taʼ Ġesù verament qed jagħmlu ‘dak li skond il-liġi ma jistgħux jagħmluh f’jum is-Sabat’? (Luqa 6:1, 2) [gt 31]
15. X’lezzjoni nistgħu nitgħallmu mill-parir li Ġesù ta lil Marta? (Luqa 10:40-42) [w99 9/1 pġ. 31]