Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-30 taʼ Ġunju, 2008. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-5 taʼ Mejju sat-30 taʼ Ġunju, 2008. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Meta wieħed ikun qed jitkellem fil-ministeru jew jagħti taħdita minn fuq il-platform għala t-tagħmir tiegħu għandu jkun pulit? [ht pġ. 90 par. 29]
2. Kif tistaʼ tħalli l-avanz tiegħek ikun jidher? [ht pġ. 92 par. 2]
3. X’mod hemm kif l-avanz tiegħek ikun jistaʼ jidher fil-kongregazzjoni? [ht pġ. 92 par. 4]
4. Kif tistaʼ tagħmel lilek innifsek disponibbli? [ht pġ. 94 par. 9]
5. Xi privileġġi hemm għal xi wħud li jistgħu jagħmlu lilhom infushom disponibbli u li s-sitwazzjoni tagħhom tippermettilhom? [ht pġ. 95 par. 12]
INKARIGU NRU. 1
6. Semmi ftit mil-liġijiet li kkontrollaw l-attività taʼ Adam u Eva. [wt pġ. 41 par. 2]
7. Il-Kristjanità vera liema libertà tagħtina? [wt pġ. 45 par. 8]
8. Taʼ spiss, kif jibdew jitqanqlu x-xewqat li jwasslu għall-problemi? [wt pġ. 47 par. 13]
9. Satana liema kwistjoni sekondarja qajjem? [wt pġ. 51 par. 3]
10. Alla kif dalwaqt se jsolvi l-indipendenza tal-bnedmin minnu? [wt pġ. 52 par. 6]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Liema tempju “nbena f’sitta u erbgħin sena”? (Ġw. 2:20) [w08 4/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġwanni”]
12. Min huma dawk li ‘jgħaddu mill-mewt għall-ħajja’? (Ġw. 5:24, 25) [w08 4/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġwanni”]
13. Meta l-Evanġelju taʼ Ġwanni jirreferi għall-ajjutant, jew l-ispirtu tal-verità, għala bil-Grieg isemmih bħala oġġett fi Ġwanni 14:16, 17, imma bħala persuna fi Ġwanni 16:7, 8, 13, 14? [w08 4/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġwanni”]
14. Ġesù għala qal lil Marija Maddalena biex ma tibqax imqabbda miegħu? (Ġw. 20:17) [w08 4/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġwanni”]
15. Xi jfisser li Ġesù se jiġi “bl-istess mod” kif telaʼ fis-sema? (Atti 1:9-11) [rs-E pġ. 342 par. 4; it-1-E pġ. 186 par. 8]