Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Ibqaʼ Għassa!, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna Meta Mmutu?, jew browxers oħrajn li jistgħu jkunu adattati għat-territorju tiegħek. Settembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-Bibbja fl-ewwel żjara. Meta l-inkwilini diġà jkollhom din il-pubblikazzjoni, urihom kif jistgħu jibbenefikaw minnha billi turi kif isir studju tal-Bibbja fil-qosor. Ottubru: Ir-rivisti Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Fejn jintwera l-interess, ippreżenta u ddiskuti l-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja? bil-mira li tibda studju tal-Bibbja.
◼ Minħabba li Awissu fih ħames Sibtijiet u Ħdud u l-15 t’Awissu hija festa pubblika, ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ B’seħħ minn Settembru, l-indokraturi tas-circuit se jagħtu t-taħdita pubblika intitolata “Imxi bl-Integrità.”
◼ La l-uffiċċju lokali u lanqas l-uffiċċju tal-fergħa ma jimlew rikjesti għal-letteratura għal pubblikaturi individwali. L-indokratur li jippresiedi jrid jiftiehem biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lill-uffiċċju lokali r-rikjesta taʼ kull xahar tal-kongregazzjoni għal-letteratura, sabiex dawk kollha li huma interessati li jiksbu xi letteratura persunali jkunu jistgħu jinformaw lill-ħu inkarigat mil-letteratura. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.
◼ L-inventarju annwali tal-letteratura u r-rivisti kollha disponibbli għandu jsir fil-31 t’Awissu, 2008, jew kemm jistaʼ jkun qrib din id-data. Dan l-inventarju huwa simili għal dak li jagħmel il-koordinatur tal-letteratura meta kull xahar jgħodd kollox, u t-totali jridu jitniżżlu fil-formola tal-Literature Inventory (S-18). L-ammont totali taʼ rivisti disponibbli jistaʼ jinkiseb mill-ħu (aħwa) inkarigat(i) mir-rivisti. Is-segretarju tal-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni għandu jiċċekkja l-inventarju. Hu u l-indokratur li jippresiedi tal-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni mbagħad jiffirmaw il-formola. Kull kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni se tirċievi tliet formoli tal-Literature Inventory. Jekk jogħġobkom ibagħtu l-oriġinali bil-posta lill-uffiċċju lokali mhux iktar tard mis-6 taʼ Settembru. Żommu kopja għall-files tagħkom. It-tielet kopja tistaʼ tintuża bħala karta biex taħdmu fuqha.
◼ Minflok jintuża l-browxer X’Jirrikjedi, għandu jintuża l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem biex nibdew u nikkonduċu studji tal-Bibbja. Il-browxer X’Jirrikjedi jistaʼ jibqaʼ jintuża biex jiġi offrut fil-ministeru taʼ l-għalqa sakemm ikun għad fadal.