LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/08 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 9/08 p. 3

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Settembru: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-​Bibbja fl-​ewwel żjara. Meta l-​inkwilini diġà jkollhom din il-​pubblikazzjoni, urihom kif jistgħu jibbenefikaw minnha billi turi kif isir studju tal-​Bibbja fil-​qosor. 1-19 t’Ottubru: Ir-​rivisti Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Fejn jintwera l-​interess, ippreżenta u ddiskuti l-​fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-​Bibbja? bil-​mira li tibda studju tal-​Bibbja. 20 t’Ottubru–16 taʼ Novembru: Kampanja speċjali bit-​tqassim tal-​fuljett il-​ġdid Tixtieq Tkun Taf il-​Verità? 17-30 taʼ Novembru: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz diliġenti biex tibda studji tal-​Bibbja. Diċembru: Offri l-​ktieb L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Jekk xi individwi jgħidu li għandhom it-​tfal, offri l-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir.

◼ Ladarba Novembru fih ħames Sibtijiet u Ħdud, dan ikun xahar eċċellenti biex taqdi bħala pijunier awżiljarju.

◼ It-​taħdita pubblika speċjali għall-​istaġun tat-​Tifkira 2009 se tingħata matul il-​ġimgħa taʼ l-​20 t’April, 2009. Is-​suġġett tat-​taħdita se jitħabbar iktar ’il quddiem. Dawk il-​kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-​żjara taʼ l-​indokratur tas-​circuit, jew xi assemblea f’dak it-​tmiem tal-​ġimgħa se jkollhom it-​taħdita speċjali l-​ġimgħa taʼ wara. L-​ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-​taħdita speċjali qabel 20 t’April.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-​volumi legati taʼ The Watchtower u Awake! għall-​2008, Watch Tower Publications Index 2008, u Watchtower Library—2008 Edition fuq CD-ROM maʼ l-​ordni tal-​letteratura li jmiss. Il-​lista tal-​lingwi li bihom se jkunu disponibbli dawn il-​pubblikazzjonijiet se tidher fl-​“Avviż lill-​Kongregazzjonijiet Kollha” li jintbagħat kull xahar. Jekk jogħġobkom innotaw li l-​Watchtower Library—2008 Edition hija provvediment għall-​membri mgħammdin tal-​kongregazzjoni u ssir disponibbli biss permezz tal-​kongregazzjoni.

◼ Xi ħadd inkarigat mill-​indokratur li jippresiedi għandu jawditja l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni għax-​xhur taʼ Ġunju, Lulju, u Awissu. M’għandhiex tintuża l-​istess persuna biex tawditja l-​kontijiet kull darba. Meta dan ikun sar, għandu jsir avviż lill-​kongregazzjoni wara li jinqara r-​rapport tal-​kontijiet li jmiss.—Ara l-​Instructions for Congregation Accounting (S-27).

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja