LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/08 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 11/08 p. 3

Avviżi

◼Offerta taʼ letteratura għall-​1-16 taʼ Novembru: Kampanja speċjali bit-​tqassim tal-​fuljett il-​ġdid Tixtieq Tkun Taf il-​Verità? 17-30 taʼ Novembru: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz diliġenti biex tibda studji tal-​Bibbja. Diċembru: Il-​ktieb L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Jekk xi individwi jgħidu li għandhom it-​tfal, offri l-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir. Jannar 2009: Il-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-​inkwilini jkollhom il-​ktieb diġà, imbagħad offri pubblikazzjoni iktar antika li l-​kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżuna. L-​indokratur tas-​servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-​koordinatur tal-​letteratura tas-​Sala tas-​Saltna biex jara jekk hemmx iżżejjed minn xi kotba antiki. Frar: Offri l-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja, jekk inhu disponibbli.

◼ Ladarba Diċembru fih tliet festi pubbliċi (8, 13, 25 taʼ Diċembru), ikun xahar eċċellenti biex taqdi bħala pijunier awżiljarju.

◼ Il-​pubblikaturi kollha huma mħeġġin jimlew id-​Direttiva Medika bil-​Quddiem, jekk għadhom m’għamlux dan. Id-​Direttiva Medika bil-​Quddiem tipproteġi d-​dritt tiegħek biex tirrifjuta trasfużjonijiet tad-​demm. L-​anzjani se jipprovdu l-​għajnuna persunali skond il-​bżonn.—Ara l-​insert fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Novembru, 2006.

◼ Huwa neċessarju li l-​uffiċċju lokali jkollu rekord aġġornat taʼ l-​indirizzi u n-​numri tat-​telefon taʼ l-​indokraturi li jippresiedu u s-​segretarji kollha. Jekk f’xi żmien ikun hemm xi bidla, il-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni għandu jimla, jiffirma, u jibgħat il-​formola Presiding Overseer/Secretary Change of Address (S-29) lill-​uffiċċju lokali mill-​ewwel.

◼ Mill-​1 taʼ Jannar, 2009, it-​terminu “indokratur li jippresiedi” mhux se jibqaʼ jintuża. Dan l-​inkarigu issa se jibda jissejjaħ “koordinatur tal-​ġemgħa taʼ l-​anzjani.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja