Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-23 taʼ Frar, 2009. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni t’20 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-5 taʼ Jannar sat-23 taʼ Frar, 2009.
1. Alla kif setaʼ pproduċa d-dawl fl-ewwel jum jekk id-dawwaliet ma kinux saru qabel ir-rabaʼ jum? (Ġen. 1:3, 16) [w04 1/1 pġ. 28 par. 5]
2. X’jissuġġerixxi l-fatt li Ġeħova ma qalx lil Noè biex jaħkem l-art bħalma kien qal lil Adam li kien perfett? (Ġen. 9:1) [it-2-E pġ. 1095 par. 6]
3. F’liema data beda jopera l-Patt Abrahamiku, u kemm idum jopera? (Ġen. 12:1-4) [w04 1/15 pġ. 26 par. 4; w01 8/15 pġ. 17 par. 13]
4. X’juri li Nimrod u dawk li segwew it-tmexxija tiegħu fallew fil-mira tagħhom li ‘jagħmlu isem ċelebri għalihom infushom’? (Ġen. 11:4) [w98 3/15 pġ. 24-25]
5. Ladarba Lot jissejjaħ “raġel sewwa” fit-2 Pietru 2:7, liema tistaʼ tkun ir-raġuni għala offra lil uliedu l-bniet lil folla perversa? (Ġen. 19:8) [w05 2/1 pġ. 26 pari. 15-16; w04 1/15 pġ. 27 par. 3]
6. Ladarba l-irġiel miżżewġin li jibżgħu minn Alla għandhom jieħdu ħsieb lil taʼ darhom, kif setaʼ Abraham jibgħat lil Ħagar u lil Ismagħel fix-xagħri? (Ġen. 21:10-21; 1 Tim. 5:8) [w88-E 2/15 pġ. 31]
7. Liema tagħlima nistgħu nieħdu mill-isforz t’Eligħeżer biex jagħmel l-affarijiet kif jixtieq Ġeħova rigward li jsib mara għal Iżakk? (Ġen. 24:14, 15, 17-19, 26, 27) [w97-E 1/1 pġ. 31 par. 2]
8. X’kienet tfisser il-ħolma taʼ Ġakobb li fiha ra l-anġli ‘telgħin u neżlin fuq sellum wieqaf’? (Ġen. 28:10-13) [w03 10/15 pġ. 29 par. 1; it-2-E pġ. 189]
9. Rakele għala riedet daqstant li tikseb il-mandragori tat-tifel taʼ Lea? (Ġen. 30:14, 15) [w04 1/15 pġ. 28 par. 7]
10. Għala huwa l-eżempju taʼ Ġakobb wieħed tajjeb meta niġu biex insolvu kwistjonijiet taʼ ġlied persunali? (Ġen. 33:3, 4) [g82-E 2/22 pġ. 19 pari. 8-10]