Affarijiet li Spikkaw fis-Servizz taʼ l-Għalqa
Kemm ħadna pjaċir nirrapportaw li f’Novembru lħaqna l-ogħla quċċata li qatt kellna taʼ pubblikaturi, b’total taʼ 591! Dan jirrappreżenta żjieda taʼ sitta fil-mija fuq il-medja taʼ pubblikaturi tas-sena li għaddiet. Il-pubblikaturi qattgħu total taʼ 10,096 siegħa fil-ministeru taʼ l-għalqa matul ix-xahar. Ukoll, l-uffiċċju lokali rċieva bosta kupuni wara l-kampanja bil-fuljett “Tixtieq Tkun Taf il-Verità?”