LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/09 p. 8
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 4/09 p. 8

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għall-​1-9 t’April: Kampanja bl-​invit tat-​Tifkira. 30 t’April–31 taʼ Mejju: Ir-​rivisti Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, inkluż dawk li jattendu t-​Tifkira u/jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li m’humiex jissieħbu b’mod attiv mal-​kongregazzjoni, stinka biex tħallilhom il-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-​mira għandha tkun li jinbeda studju tal-​Bibbja b’dan il-​ktieb. Ġunju: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-​inkwilini jkollhom il-​ktieb diġà, il-​pubblikaturi jistgħu joffru pubblikazzjoni iktar antika li l-​kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżuna. Lulju: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna li l-​kongregazzjoni għandha maħżun u li hu adattat għall-​bżonnijiet speċifiċi taʼ l-​inkwilin.

◼ L-​iskedi tal-​laqgħat jistgħu jiġu rranġati skond il-​bżonn biex jippermettu li l-​kongregazzjonijiet jattendu l-​Konvenzjoni Distrettwali “Ibqaʼ Għassa!” Fl-​aħħar Laqgħa tas-​Servizz qabel ma l-​kongregazzjoni tattendi l-​konvenzjoni għandha tiġi inkluża reviżjoni tal-​pariri u t-​tfakkiriet li japplikaw lokalment. Xahar jew xahrejn wara l-​konvenzjoni tagħkom, jistaʼ jintuża porzjon mill-​bżonnijiet lokali biex jiġu riveduti punti mill-​konvenzjoni li l-​pubblikaturi sabuhom utli fil-​ministeru.

◼ Xi wħud mill-​Bibbji b’lingwi barranin m’humiex prodotti mill-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova, għalhekk iridu jinxtraw minn sors sekulari. Minħabba li biex jinkisbu dawn il-​Bibbji hemm involuta spiża mhux ħażin, dawn huma disponibbli biss bħala oġġett taʼ rikjesta speċjali għall-​pubblikaturi mgħammdin u mhux mgħammdin u studenti tal-​Bibbja progressivi li m’għandhomx Bibbja. Dawn l-​uħud m’għandhomx iħossuhom obbligati jagħmlu kontribuzzjoni li hi ekwivalenti għall-​prezz tal-​Bibbja jekk iċ-​ċirkustanzi tagħhom ma jippermettulhomx. Kull wieħed għandu jikkontribwixxi fi qbil maʼ l-​abbiltà tiegħu biex jagħmel dan.—2 Kor. 9:7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja