Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Mejju: Ir-rivisti Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, inkluż dawk li jattendu t-Tifkira u/jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li m’humiex jissieħbu b’mod attiv mal-kongregazzjoni, stinka biex tħallilhom il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-mira għandha tkun li jinbeda studju tal-Bibbja b’dan il-ktieb. Ġunju: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-inkwilini jkollhom il-ktieb diġà, il-pubblikaturi jistgħu joffru pubblikazzjoni iktar antika li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżuna. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna li l-kongregazzjoni għandha maħżun u li hu adattat għall-bżonnijiet speċifiċi taʼ l-inkwilin.
◼ Kulmeta tattendi l-laqgħat tal-kongregazzjoni, xi assemblea, jew xi konvenzjoni distrettwali f’pajjiż ieħor, ir-rikjesta tiegħek għall-informazzjoni fuq id-dati, il-ħinijiet, u l-postijiet fejn dawn isiru, trid tkun diretta lill-uffiċċju tal-fergħa li jieħu ħsieb ix-xogħol f’dak il-pajjiż. L-indirizzi taʼ l-uffiċċji tal-fergħa jinsabu mniżżlin fl-aħħar paġna tal-Yearbook kurrenti.
◼ L-iskeda tal-laqgħa għall-ġimgħa taʼ qabel dik tal-Konvenzjoni Distrettwali “Ibqaʼ Għassa!” tistaʼ tiġi rranġata biex jiġu riveduti xi pariri u tfakkiriet dwar l-attendenza għall-konvenzjoni. Xahar jew xahrejn wara l-konvenzjoni, jistaʼ jintuża wieħed mill-bżonnijiet lokali biex jiġu riveduti punti mill-konvenzjoni li l-pubblikaturi sabu utli fil-ministeru.