Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Ġunju: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-inkwilini jkollhom il-ktieb diġà, il-pubblikaturi jistgħu joffru pubblikazzjoni iktar antika li l-kongregazzjoni għandha maħżuna. Lulju u Awwissu: Kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna li l-kongregazzjoni għandha maħżun u li hu adattat għall-bżonnijiet speċifiċi tal-inkwilin. Settembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Kull fejn hu possibbli l-pubblikaturi se jipprovaw jibdew Studji tal-Bibbja fl-ewwel żjara meta jħallu din il-pubblikazzjoni. Uri kif l-inkwilini jistgħu jibbenefikaw minn dan il-ktieb billi tagħmel turija qasira taʼ studju tal-Bibbja.
◼ Kulmeta l-pjanijiet tal-ivvjaġġar persunali jinkludu li wieħed iżur xi pajjiż li ma jkunx imniżżel separatament fir-rapport tas-sena taʼ servizz kurrenti jew li l-indirizz tiegħu ma jkunx imniżżel fl-aħħar paġna tal-aħħar Yearbook, jekk jogħġbok ikkuntattja l-uffiċċju tal-fergħa tiegħek biex tkun ċert liema prekawzjonijiet jew istruzzjonijiet speċjali għandhom mnejn iridu jiġu segwiti. Ix-xogħol tas-Saltna f’dak il-pajjiż jistaʼ jkollu ċerti restrizzjonijiet. (Mt. 10:16) F’xi pajjiżi jistaʼ ma jkunx għaqli li l-viżitaturi jikkuntattjaw lix-Xhieda jew lill-kongregazzjonijiet lokali. Direzzjoni oħra tistaʼ tingħatalek dwar għoti taʼ xhieda informali jew dwar li ġġorr provvisti taʼ letteratura. Il-kooperazzjoni tiegħek mad-direzzjoni provduta se tevita problemi bla bżonn għalik jew għax-xogħol tas-Saltna.—1 Kor. 14:33, 40.