Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku.
1. X’nistgħu nitgħallmu mill-projbizzjoni li nsibu f’Eżodu 23:19? [w06 4/1 pġ. 31 pari. 1-5]
2. X’kienu l-Urim u t-Tummim, u kif kienu jintużaw f’Israel tal-qedem? (Eżo. 28:30) [w06 1/15 pġ. 18; w01 9/1 pġ. 27]
3. Ġeħova kif kien jitkellem “wiċċ imbwiċċ” maʼ Mosè? (Eżo. 33:11, 20) [w04 3/15 pġ. 27]
4. Liema lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu mill-kontribuzzjoni ġeneruża taʼ Israel t’oġġetti materjali u tas-snajjaʼ li użaw biex jibnu t-tabernaklu? (Eżo. 35:5, 10) [w99 11/1 pġ. 31 pari. 1-2]
5. Il-purtiera msemmija f’Eżodu 40:28 x’tirrappreżenta fit-tempju spiritwali kbir t’Alla? [w00 1/15 pġ. 15 pari. 7-8]
6. Għal liema aspett tas-sagrifiċċju taʼ Ġesù qed tinġibed l-attenzjoni tagħna bl-“offerta tal-ħruq,” li kienet preżentata kollha kemm hi fuq l-artal? (Lev. 1:13) [w04 5/15 pġ. 21 par. 3]
7. Il-fatt li “x-xaħam kollu hu taʼ Ġeħova” x’jurina b’mod ċar? (Lev. 3:16, 17) [w04 5/15 pġ. 22 par. 2]
8. X’kien is-sinifikat taʼ li jitpoġġa ftit mid-demm tal-muntun tal-ħatra fuq il-widna l-leminija, l-id il-leminija, u s-sieq il-leminija t’Aron u wliedu? (Lev. 8:23, 24) [it-2-E pġ. 1113 par. 4]
9. X’dehen nistgħu niksbu minn Levitiku 12:8 dwar it-trobbija taʼ Ġesù, u x’lezzjoni nistgħu nitgħallmu minn dan? [w98 12/15 pġ. 6 par. 5]
10. Is-sagrifiċċji differenti tal-annimali li kienu jsiru f’Jum l-Espjazzjoni annwali taʼ Israel x’jirrappreżentaw dwar is-sagrifiċċju tal-fidwa taʼ Ġesù? (Lev. 16:11-16) [w98 2/15 pġ. 12 par. 2]