LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/10 p. 2
  • “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • “Għal Dan Intbgħatt”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • Qed twettaq bis-sħiħ is-servizz tiegħek lil Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • “Kun Segwaċi Tiegħi”—X’Ried Ifisser Ġesù?
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 2/10 p. 2

“Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”

1. L-​Istudju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni liema opportunità se jagħtina fix-​xhur li ġejjin?

1 L-​erba’ rakkonti tal-​Evanġelju dwar il-​ħajja taʼ Ġesù fuq l-​art jagħtuna informazzjoni dettaljata dwar l-​Iben t’Alla. Ladarba l-​Kristjani għandhom ‘jimxu mill-​qrib wara l-​passi tiegħu,’ żgur se nkunu rridu nippreparaw sew u nagħtu attenzjoni mill-​qrib hekk kif nikkunsidraw il-​ktieb “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi” fl-​Istudju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni li se jibda fil-​ġimgħa tal-​1 taʼ Marzu. (1 Pt. 2:21; Mk. 10:21) L-​aspetti tal-​ħajja taʼ Ġesù li jistgħu jinkuraġġuna fil-​ministeru jistħoqqilhom konsiderazzjoni speċjali.

2. Kif nistgħu nibbenefikaw mill-​eżempju taʼ sabar taʼ Ġesù?

2 L-​Eżempju li Ħalla Ġesù: Ġieli ltqajt maʼ respons negattiv waqt l-​ippritkar minn dar għal dar? Meta niffaċċjaw reżistenza bħal din inkunu nistgħu nifhmu s-​sinifikat tal-​kliem taʼ Ġesù: “Jekk ippersegwitaw lili, jippersegwitaw lilkom ukoll.” (Ġw. 15:20) Huwa minnu li mhux kull min iwiġibna b’mod negattiv ikun qed jippersegwitana. Minkejja dan, kien il-​ferħ li tqiegħed quddiemu li għen lil Ġesù jissaporti kull tip taʼ provi u tiġrib. Aħna wkoll nistgħu niffokaw fuq li niksbu l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova u l-​premju għall-​fedeltà tagħna. Dan se jgħinna biex ‘ma negħjewx u nċedu f’ruħna.’ (Ebr. 12:2, 3; Prov. 27:11) Hekk kif nipperseveraw fil-​ministeru, nistgħu nkunu fiduċjużi wkoll mill-​appoġġ taʼ Kristu Ġesù.—Mt. 28:20.

3. Kif nistgħu nimitaw il-​ħarsa taʼ Ġesù lejn il-​ministeru?

3 “Għal Dan Intbgħatt”: L-​attività tal-​ippritkar tas-​Saltna kellha post ewlieni fil-​ħajja taʼ Ġesù. (Lq. 4:43) Hu ta b’mod ġeneruż minnu nnifsu fil-​ministeru. Hu qies il-​ministeru bħala li kien urġenti, billi dejjem fittex opportunitajiet biex jitkellem dwar is-​Saltna. Ladarba aħna segwaċi taʼ Ġesù, il-​passi tiegħu fejn iwassluna? Fir-​rutina tagħna taʼ kuljum, hemm nies li nistgħu naqsmu l-​aħbar tajba magħhom? Jalla l-​imħabba li għandu l-​Kristu ġġegħelna naqsmu l-​aħbar tajba maʼ kemm jistaʼ jkun nies!—2 Kor. 5:14.

4. B’liema modi nistgħu ntejbu l-​kwalità tal-​ministeru tagħna?

4 “Qatt Ma Kien Hawn Bniedem Ieħor li Tkellem Bħalu”: Il-​mod kif kien jgħallem Ġesù għaġġeb lis-​semmiegħa tiegħu. (Ġw. 7:46; Mt. 7:28, 29) X’għamlu differenti minn għalliema oħrajn? Hu ħabb il-​veritajiet li xandar, ħabb lin-​nies li għallem, u uża diversi metodi taʼ tagħlim. Billi nimitaw lill-​Għalliem il-​Kbir nistgħu ntejbu l-​kwalità tal-​ministeru tagħna.—Lq. 6:40.

5. X’għandha tkun il-​mira tagħna hekk kif nistudjaw il-​ktieb “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”?

5 Dawn huma ftit mit-​teżori rivelati fil-​ħajja taʼ Ġesù. Liema teżori oħrajn tistaʼ ssib? Hekk kif teżamina l-​ħajja taʼ Ġesù matul l-​Istudju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni, agħmilha l-​mira tiegħek li ‘tkun taf l-​imħabba tal-​Kristu’ billi timita l-​kliem u l-​għemil tiegħu.—Efes. 3:19.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja