Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-22 taʼ Frar, 2010. L-indokratur tal-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 20 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-4 taʼ Jannar sat-22 taʼ Frar, 2010.
1. Liema fatturi setgħu ġiegħlu lil xi Israelin idumu biex jieħdu f’idejhom l-Art Imwiegħda, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Ġoż. 18:2, 3) [it-1-E p. 359 para. 5]
2. X’kien li żgur qanqal lil Ġożwè biex jgħid il-kliem imniżżel f’Ġożwè 24:14, 15, u dan kif għandu jeffettwana? [w08 5/15 pp. 17-18 pari. 4-6]
3. Liema hu mod wieħed kif dawk li kienu jqimu lil Bagħal u l-mod kif kienu 2201 jqimuh saru nases u lixki għall-Israelin? (Mħ. 2:3) [w08 2/15 p. 27 pari. 2-3]
4. Liema tagħlima nistgħu nieħdu mill-mod kuraġġuż kif Eħud uża s-sejf? (Mħ. 3:16, 21) [w97-E 3/15 p. 31 para. 4]
5. Liema inkuraġġiment niksbu meta nistudjaw il-mod kif Ġeħova ħeles lil Gidegħon u t-300 raġel tiegħu? (Mħ. 7:19-22) [w05 7/15 p. 16 para. 8]
6. B’liema mod ruħ Ġeħova “ma felħitx iktar tara n-niket taʼ Israel”? (Mħ. 10:16) [cl pp. 254-255 pari. 10-11]
7. Meta kien qed jagħmel il-wegħda tiegħu, kellu Ġefta f’moħħu sagrifiċċju taʼ bniedem? (Mħ. 11:30, 31) [w05 1/15 p. 26 para. 1]
8. Kienet il-qawwa taʼ Sansun letteralment f’xagħru? (Mħ. 16:18-20) [w05 3/15 p. 28 pari. 5-6]
9. Kif nistgħu niġu megħjunin meta nifhmu l-għemil tal-għaġeb li wettaq 2201 Sansun kif inhu deskritt fi Mħallfin 16:3? [w04 10/15 pp. 15-16 pari. 7-8]
10. X’nistgħu nitgħallmu dwar ir-ruħ tal-bniedem mill-istqarrija li nsibu fi Mħallfin 16:30? [w90 12/1 p. 4 para. 4; sp-E pp. 13-14]