Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-26 taʼ April, 2010. L-indokratur tal-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 20 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-1 taʼ Marzu sas-26 taʼ April, 2010.
1. X’riedet tfisser Nagħomi meta qalet “kien Ġeħova li umiljani u Dak li Jistaʼ Kollox li ġabli l-gwaj”? (Rut 1:21) [w05 3/1 p. 27 par. 1]
2. Liema kwalitajiet għamlu lil Rut “mara mill-aħjar”? (Rut 3:11) [w05 3/1 p. 28 par. 6]
3. Elkana kif saħħaħ lil martu meta qal “m’iniex jien għalik aħjar minn għaxar ulied?” (1 Sam. 1:8) [w90-E 3/15 p. 27 pari. 5-6]
4. Għaliex ma kienx xieraq li Israel jitlob għal sultan? (1 Sam. 8:5) [w05 9/15 p. 20, par. 17; it-2-E p. 163 par. 1]
5. Samwel, li issa kien ‘xjaħ u xagħru sar griż,’ kif wera li kien eżemplari f’li jitlob għan-nom taʼ ħaddieħor, u dan x’jenfasizza? (1 Sam. 12:2, 23) [w07 6/1 p. 29 pari. 14-15]
6. Il-Kenin għala ngħataw konsiderazzjoni speċjali minn Sawl? (1 Sam. 15:6) [w05 3/15 p. 22 par. 10]
7. X’qanqal lil Sawl jistaqsi lil David, “Bin min int, ġuvnott?” (1 Sam. 17:58) [w07 8/1 p. 31 pari. 3, 5]
8. X’nistgħu nitgħallmu mill-mod kif David ittratta ma’ problema serja f’Gat? (1 Sam. 21:12, 13) [w05 3/15 p. 24 par. 4]
9. L-imħabba u l-umiltà taʼ Ġonatan kif intwerew meta kien meħtieġ li jappoġġa u jinkuraġġixxi lill-ħabib tiegħu David? (1 Sam. 23:17) [lv p. 28 par. 10, ntt.]
10. X’nitgħallmu mil-laqgħa li saret bejn Sawl u s-saħħara taʼ Għajn-dor? (1 Sam. 28:8-19) [w05 3/15 p. 24 par. 7]