Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Mejju: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil nies li juru interess, inkluż dawk li jattendu għat-Tifkira jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li mhumiex jissieħbu b’mod attiv mal-kongregazzjoni, stinka biex tħallilhom il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-mira għandha tkun li jinbeda studju tal-Bibbja. Ġunju: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-inkwilini jkollhom il-ktieb diġà, imbagħad offri pubblikazzjoni iktar antika li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżuna. Lulju u Awwissu: Il-pubblikaturi jistgħu jużaw kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna li hemm maħżun: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Għandek Int Temmen fit-Trinità?, X’Jiġrilna meta Mmutu?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Uża l-browxers li hemm ħafna minnhom maħżunin.