Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Ġunju: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-inkwilini jkollhom il-ktieb diġà, il-pubblikaturi jistgħu joffru pubblikazzjoni iktar antika li l-kongregazzjoni għandha maħżuna. Lulju u Awwissu: Il-pubblikaturi jistgħu jużaw kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna li hemm maħżun: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Għandek Int Temmen fit-Trinità?, X’Jiġrilna meta Mmutu?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Uża l-browxers li hemm ħafna minnhom maħżunin. Settembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Stinka biex tibda studji tal-Bibbja fl-ewwel żjara.
◼ Il-programmi tal-vidjo The Bible—Its Power in Your life (Il-Bibbja—Il-Qawwa Tagħha f’Ħajtek) u The Bible—Accurate History, Reliable Prophecy (Il-Bibbja—Ktieb taʼ Storja Eżatta u Profeziji taʼ Min Joqgħod Fuqhom) se jiġu kunsidrati f’Laqgħat tas-Servizz minn Settembru ’l quddiem. Jekk ikun hemm bżonn taʼ kopji tad-DVD The Bible—A Book of Fact and Prophecy—On DVD (Il-Bibbja—Ktieb taʼ Fatti u Profeziji—Fuq DVD), li fih dawn il-programmi, għandhom jiġu ordnati permezz tal-kongregazzjoni kemm jistaʼ jkun malajr.