Affarijiet li Spikkaw fis-Servizz tal-Għalqa
Hemm ħafna aspetti sbieħ xi nsemmu li huma konnessi mal-attività tas-servizz tal-għalqa f’Marzu. Pereżempju, kellna l-akbar quċċata li qatt rajna fiż-żjajjar lura—total taʼ 3,436. Ukoll, 53 pubblikatur qdew bħala pijunieri awżiljarji flimkien maʼ 12-il pijunier speċjali u missjunarji, u 28 pijunier regulari. Total taʼ 1,014-il persuna attendew it-Tifkira.