LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/10 p. 3
  • Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 10/10 p. 3

Reviżjoni tal-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

Il-​mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku matul il-​ġimgħa li tibda fil-​25 t’Ottubru, 2010. L-​indokratur tal-​iskola se jikkonduċi reviżjoni t’20 minuta bbażata fuq il-​materjal li ġie mgħoddi fl-​inkarigi għall-​ġimgħat tas-​6 taʼ Settembru sal-​25 t’Ottubru, 2010.

1. Liema tagħlima nistgħu nieħdu jekk neżaminaw il-​ħajja tas-​Sultan Għażarija (Użżija)? (2 Slat. 15:1-​6) [w91-​E 7/15 pp. 29-​30]

2. Ladarba s-​Sultan Ġotam taʼ Ġuda dam jaħkem 16-​il sena biss, it-​2 Slaten 15:30 għala jirreferi għas-​“sena għoxrin” taʼ saltnatu? (2 Kron. 27:7, 8) [it-​2-​E p. 119 para. 5]

3. Min kienu “s-​Samaritani” msemmijin fit-​2 Slaten 17:29? [it-​2-​E p. 847 para. 7]

4. Għala jingħad li Ġeħova ‘jsawwar’ l-​iskop tiegħu? (2 Slat. 19:25) [w99 8/15 p. 14 para. 3]

5. It-​2 Slaten 25:8, 25, 26 kif jiddeskrivi b’mod eżatt il-​bidu tat-​twettiq tas-​sebgħin sena li fihom Ġerusalemm kellha ssir ħerba? [it-​1-​E p. 415 para. 6–p. 416 para. 1-​2; p. 463 para. 4]

6. Għala l-​1 Samwel 16:10, 11 jindika li David kien it-​tmien iben taʼ Ġesse filwaqt li Esdra jirreferi għalih bħala s-​seba’ wieħed? (1 Kron. 2:15) [w02 9/15 p. 31]

7. Kif nistgħu nimitaw l-​eżempju tal-​Gilegħadin tal-​qedem? (1 Kron. 5:10, 18-​22) [w05 10/1 p. 9 para. 7]

8. X’nitgħallmu mill-​għassiesa tal-​bibien Leviti? (1 Kron. 9:26, 27) [w05 10/1 p. 9 para. 8]

9. Kemm kien importanti l-​kant f’Iżrael tal-​qedem? (1 Kron. 9:33) [it-​2-​E p. 452 para. 9]

10. X’kien hemm ħażin fir-​reazzjoni taʼ David deskritta fl-​1 Kronaki 13:11? [w05 10/1 p. 11]

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja