Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Ottubru: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Fejn ikun hemm interess offri l-fuljett Tixtieq Tkun Taf il-Verità? u stinka biex tibda studju tal-Bibbja. Novembru: Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha? Id-dettalji dwar kampanja madwar id-dinja kollha li fiha se jiġi offrut dan il-browxer se jingħataw iktar ’il quddiem. Diċembru: L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Jekk hemm it-tfal fid-dar, offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jannar 2011: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-inkwilini diġà għandhom il-ktieb, il-pubblikaturi jistgħu joffru kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna li hu stampat fuq karta li titlef il-kulur jew kwalunkwe ktieb pubblikat qabel l-1995.