Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-27 taʼ Ġunju, 2011. L-indokratur tal-iskola se jikkonduċi reviżjoni t’20 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tat-2 taʼ Mejju sas-27 taʼ Ġunju, 2011.
1. X’lezzjoni nistgħu nitgħallmu milli Ġeħova rrikjeda minn Ġob li jitlob għal dawk li naqsuh? (Ġob 42:8) [w98 8/15 p. 30 para. 5]
2. X’inhuma “s-sagrifiċċji tas-sewwa” li joffru l-Kristjani llum? (Salm 4:5) [w06 5/15 p. 18 para. 9]
3. Il-kliewi taʼ David kif ikkoreġewh? (Salm 16:7) [w04 12/1 p. 14 para. 9]
4. F’liema sens “is-smewwiet jiddikjaraw il-glorja t’Alla”? (Salm 19:1) [w04 10/1 p. 10 para. 8]
5. Salm 27:14 jgħidilna dwar liema rabta bejn it-tama u l-kuraġġ? [w06 10/1 pp. 26-27 para. 3, 6]
6. Min hu supperv kif se jitħallas bil-kbir? (Salm 31:23) [w06 5/15 p. 19 para. 13]
7. X’lezzjoni dwar l-apprezzament nistgħu nitgħallmu mill-każ taʼ ċertu Levita li kien fl-eżilju? (Salm 42:1-3) [w06 6/1 p. 9 para. 3]
8. X’jistaʼ jgħinna nikkultivaw imħabba għall-ġustizzja u mibegħda għall-ħażen? (Salm 45:7) [cf pp. 58-59 para. 8-10]
9. David talab lil Ġeħova biex iqajjem liema xewqa, jew spirtu? (Salm 51:12) [w06 6/1 p. 9 para. 10]
10. Aħna kif nistgħu nkunu bħal siġra taż-żebbuġ fid-dar t’Alla? (Salm 52:8) [w00 5/15 p. 29 para. 6]