Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal Lulju u Awwissu: Kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin li jinteressa lin-nies fit-territorju: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, Ktieb għan-Nies Kollha, X’Jiġrilna Meta Mmutu?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Nota: Qabel ma tordnaw xi browxers mingħand l-uffiċċju tal-fergħa, jekk jogħġobkom iċċekkjaw mal-kongregazzjonijiet lokali jekk għandhomx ħażna kbira taʼ browxers li jistgħu jagħtukom minnha. Settembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Stinka biex tibda studji tal-Bibbja fl-ewwel żjara. Jekk l-inkwilini jkollhom il-ktieb diġà u ma jaċċettawx studju tal-Bibbja, il-pubblikaturi jistgħu joffru rivista iktar antika jew kwalunkwe browxer li jittratta dwar l-interessi tal-persuna. Ottubru: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Fejn ikun hemm l-interess, offri l-fuljett Tixtieq Tkun Taf il-Verità? u stinka biex tibda studju tal-Bibbja.