Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fid-29 t’Awwissu, 2011.
1. Il-qalb tajba bl-imħabba t’Alla kif inhi “aħjar mill-ħajja”? (Salm 63:3) [w01 10/15 p. 15 para. 17]
2. Salm 70 x’jindika dwar David? [w08 9/15 p. 4 para. 4]
3. Salm 75:5 kontra xiex qed iwissi? [w06 7/15 p. 11 para. 2]
4. Meta b’mod partikulari nistgħu nistennew li Ġeħova jagħti widen għat-talb tagħna? (Salm 79:9) [w06 7/15 p. 12 para. 5]
5. X’inhuma “l-atti moħbijin” imsemmijin f’Salm 90:7, 8? [w01 11/15 pp. 12-13 para. 14-16]
6. Kif indikat f’Salm 92:12-15, liema responsabbiltà importanti ġiet mogħtija lil uħud avanzati fl-età fil-kongregazzjoni? [w04 5/15 pp. 13-14 para. 14-18]
7. Meta s-salmista kiteb il-kliem f’Salm 102:25-27, kien qed jikkontradixxi l-iskop etern t’Alla għall-art? (Ġen. 1:28) [w08 7/1 p. 12 para. 1]
8. Liema lezzjoni dwar li wieħed jonqos milli jeżerċita d-dixxerniment tinġieb għall-attenzjoni tagħna f’Salm 106:7? [w95 9/1 p. 19 para. 4–p. 20 para. 2]
9. Skont Salm 110:1, 4, Ġeħova liema wegħda jagħmel dwar in-Nisel imwiegħed, jew il-Messija, u dan kif se jirriżulta f’barka għall-umanità kollha? [cl p. 194 para. 13]
10. Il-meditazzjoni tas-salmista fuq il-benefiċċji li ġew milli qeda lil Alla, x’effett kellha fuqu? (Salm 116:12, 14) [w09 7/15 p. 29 para. 4-5]