Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal Settembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Stinka biex tibda studji tal-Bibbja fl-ewwel żjara. Jekk l-inkwilini jkollhom il-ktieb diġà u ma jaċċettawx studju tal-Bibbja, il-pubblikaturi jistgħu joffru rivista iktar antika jew kwalunkwe browxer li jittratta dwar l-interessi tal-persuna. Ottubru: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Fejn ikun hemm l-interess, offri l-fuljett Tixtieq Tkun Taf il-Verità? u stinka biex tibda studju tal-Bibbja. Novembru: Offri l-browxer Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha? Diċembru: L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Jekk hemm it-tfal fid-dar, offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir.
◼ Pubblikaturi li jaqdu bħala pijunieri awżiljarji f’Marzu 2012 se jkollhom l-għażla li jew jagħmlu 30 siegħa jew 50 siegħa meħtieġa għal dan ix-xahar. Iktar minn hekk, jekk l-indokratur tas-circuit ikun qed iżur il-kongregazzjoni f’Marzu, dawk kollha li jkunu qed jaqdu bħala pijunieri awżiljarji, kemm jekk biex jilħqu t-30 siegħa u kemm jekk il-50, huma mistidnin jattendu l-laqgħa kollha li jkollu l-indokratur mal-pijunieri regulari.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jagħmlu l-ordni tal-affarijiet li jordnaw kull sena biex jintużaw fl-2012.