LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/11 p. 3
  • Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 12/11 p. 3

Reviżjoni tal-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

Il-​mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku matul il-​ġimgħa li tibda fis-​26 taʼ Diċembru, 2011.

1. X’nistgħu nitgħallmu mill-​fenek tax-​xagħri? (Prov. 30:26) [w09 4/15 p. 17 para. 11-​13]

2. Liema tip taʼ “gost” iħalli lil dak li jkun iħossu mhux sodisfatt? (Ekk. 2:1) [w97 4/1 pp. 14-​15 para. 13]

3. Għalkemm xi nies jikkonkludu li kliem Salamun imniżżel f’Ekkleżjasti 3:1-​9 jappoġġa t-​twemmin fid-​destin, dak li kiteb f’Ekkleżjasti 9:11 kif jiċċara l-​affarijiet billi juri b’mod ċar li kulma hemm fil-​ħajja mhuwiex determinat mid-​destin? [w09 7/1 p. 4 para. 4]

4. X’periklu hemm f’li tkun “ġust iżżejjed”? (Ekk. 7:16) [w10 10/15 p. 9 para. 8-​9]

5. L-​Għanja taʼ Salamun 2:7 kif turi li dawk li qed jaħsbu biex jiżżewġu m’għandhomx jgħaġġlu biex jagħżlu sieħeb jew sieħba? [w06 11/15 p. 19 para. 1; w80 6/15 p. 7 para. 7]

6. X’jispikka dwar il-​fatt li xofftejn is-​Sulamija “jqattru l-​għasel tax-​xehda” u li ‘taħt ilsienha hemm għasel u ħalib’? (Għan. 4:11) [w06 11/15 p. 19 para. 6]

7. It-​titli “Kunsillier taʼ l-​Għaġeb,” “Alla Setgħan,” u “Missier Etern,” kif jagħtuna dehen dwar il-​kwalitajiet taʼ Ġesù u l-​ħakma tiegħu fid-​dinja l-​ġdida? (Is. 9:6) [w91 7/15 pp. 5-​6 para. 7]

8. Min illum jistaʼ jitqabbel mal-​“ġens apostata” t’Iżrael, u min se jaqdi bħala “l-​ħatar” taʼ Ġeħova u jeqirdu? (Is. 10:5, 6) [ip-​1 p. 145 para. 4-​5; p. 153 para. 20]

9. It-​tbassir taʼ Isaija li Babilonja “qatt ma se tkun abitata” għala hu tant rimarkevoli, u t-​twettiq tiegħu jagħtina liema assiguranza llum? (Is. 13:19, 20) [ip-​1 pp. 180-​181 para. 16; g 7/11 p. 11 para. 3]

10. Ġesù meta rċieva “l-​muftieħ tad-​dar taʼ David,” u dan il-​muftieħ kif kien u għadu qed jużah? (Is. 22:22) [w09 1/15 p. 31 para. 2]

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja