Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal April u Mejju: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Meta jintwera interess, offri l-fuljett Tixtieq Tkun Taf il-Verità? u stinka biex tibda studju tal-Bibbja. Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, inkluż dawk li attendew it-Tifkira jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li mhumiex jissieħbu b’mod attiv mal-kongregazzjoni, ikkonċentra fuq li tibda studji bil-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? Ġunju: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Stinka biex tibda studju tal-Bibbja fl-ewwel żjara. Jekk l-inkwilini jkollhom il-ktieb diġà u ma jaċċettawx studju tal-Bibbja, il-pubblikaturi jistgħu joffru pubblikazzjoni iktar antika jew kwalunkwe browxer li jittratta dwar l-interessi tal-persuna. Lulju u Awwissu: Uża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, Ktieb għan-Nies Kollha, X’Jiġrilna Meta Mmutu?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Meta tkun qed tagħmel żjara lura introduċi l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew, jekk ikun iktar xieraq għall-bżonnijiet tal-inkwilin, uża l-browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem, u pprova ibda studju tal-Bibbja.
◼ L-iskeda tal-laqgħa għall-ġimgħa taʼ qabel il-konvenzjoni distrettwali tagħkom tistaʼ tiġi rranġata biex jiġu riveduti xi pariri u tfakkiriet dwar l-attendenza għall-konvenzjoni. Xahar jew xahrejn wara l-konvenzjoni jistaʼ jintuża wieħed mill-bżonnijiet lokali biex jiġu riveduti punti mill-konvenzjoni li l-pubblikaturi sabu utli fil-ministeru.
◼ Kull meta tkun biħsiebek tivvjaġġa u tattendi konvenzjoni distrettwali f’pajjiż ieħor, se ssib informazzjoni utli fuq il-Websajt www.pr418.com billi tikklikkja fuq il-link Konvenzjonijiet taħt it-tab Informazzjoni.