Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Lulju u Awwissu: Uża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, Ktieb għan-Nies Kollha, X’Jiġrilna Meta Mmutu?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Meta tkun qed tagħmel iż-żjajjar lura introduċi l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew, jekk ikun iktar xieraq għall-bżonnijiet tal-inkwilin, uża l-browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem, u pprova ibda studju tal-Bibbja. Settembru u Ottubru: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Meta tkun qed tagħmel iż-żjajjar lura introduċi l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew, jekk ikun iktar xieraq għall-bżonnijiet tal-inkwilin, uża l-browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem, u pprova ibda studju tal-Bibbja.
◼ Mill-1 t’Awwissu se tkun tistaʼ tniżżel Sing to Jehovah—Vocal Renditions, Disc 5 minn fuq il-Websajt jw.org. Għall-ewwel se tkun disponibbli bl-Ingliż biss, imbagħad iktar tard se tkun disponibbli b’lingwi oħrajn. Is-CDs bl-awdjo tistaʼ tordnahom mill-kongregazzjoni tiegħek. Peress li l-ispejjeż biex tniżżel il-fajls minn fuq il-Websajt huma ferm irħas milli tipproduċi u tibgħat is-CDs, dawk li jafu jniżżlu l-fajls huma inkuraġġiti jagħmlu dan. L-ewwel erbaʼ CDs diġà huma disponibbli.