Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Awwissu: Uża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, Ktieb għan-Nies Kollha, X’Jiġrilna Meta Mmutu?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Meta tkun qed tagħmel iż-żjajjar lura introduċi l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew, jekk ikun iktar xieraq għall-bżonnijiet tal-inkwilin, uża l-browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem, u pprova ibda studju tal-Bibbja. Settembru u Ottubru: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Meta tkun qed tagħmel iż-żjajjar lura introduċi l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew, jekk ikun iktar xieraq għall-bżonnijiet tal-inkwilin, uża l-browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem, u pprova ibda studju tal-Bibbja. Novembru: Uża wieħed mill-fuljetti li ġejjin: X’Tama Hemm għall-Maħbubin Tagħna li Mietu? jew It-Tbatija Kollha Dalwaqt Se Tispiċċa! jew kwalunkwe fuljett ieħor li jkun adattat għat-territorju tiegħek. Jekk ikun hemm l-interess, uri kif isir studju tal-Bibbja billi tuża l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew il-browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem.
◼ B’seħħ minn Settembru, l-indokraturi tas-circuit se jagħtu t-taħdita pubblika bit-titlu “Li Timxi m’Alla Jġib Barkiet Issa u Għal Dejjem.”